Left arrow Go Back

STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-MINISTERU GĦALL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA, NEGOZJI ŻGĦAR U L-KONSUMATUR U L-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr2595
Date Icon 26/11/2012

Il-ġimgħa li għaddiet, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur, l-Onor. Jason Azzopardi ppreżenta mozzjoni fil-Parlament li fiha qed tiġi proposta bidla radikali għall-aħjar għall-bdiewa full time.  Din il-mozzjoni qed issir sabiex tiġi approvata emenda li tiffaċilita’ t-trasferiment ta’ art agrikola u b’hekk tħajjar aktar bdiewa jaħdmu l-art f’pajjiżna. Diffikulta’ li teżisti sa llum f’pajjiżna hija dik tat-trasferiment tal-qbiela ta’ art tal-Gvern f’każ li l-gabillott imut bla tfal. Dan peress li sa llum, il-qbiela tintiret mill-ġenituri għat-tfal jew viċi versa biss. Għalhekk meta gabillott imut bla tfal, il-qbiela ta’ art tal-Gvern tintemm u tieqaf.

Għalhekk bl-emenda li qed tiġi proposta għall-ewwel darba, f’każ li l-gabillott imut bla tfal, il-qbiela tal-Gvern tkun tista’ tgħaddi għand ħut il-mejjet jew neputijiet kemm jekk huma nisa jew rġiel, li jkunu bdiewa full time.

Il-mozzjoni tiddefinixxi x’inhu bidwi full time, fejn din tkun persuna li:

a) tkun reġistrata bħala bidwi full time mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ,

b) ikollha fatturat ta’ kull sena ta’ mill-anqas Euro 20,000 ikkalkulat fuq l-aħħar tlett snin, li jkun sostnut minn prova tal-bejgħ u minn dak dikjarat fil-prospetti tat-Taxxa fuq il-Valur miżjud. B’dan il-fatturat għandu jkun bażat fuq il-bejgħ li jkun joriġina mill-art agrikola li tkun għand dik il-persuna u li l-fatturat għandu jkun ħieles minn kull dħul li jkun ġej mill-provvista ta’ servizzi agrikoli, inkluż l-appaltar jew is-sub-appaltar ta’ makkinarju jew ta’ xogħol, dħul minn żbir, dħul minn tilqim, dħul minn konsenja jew trasport ta’ prodotti agrikoli, dħul minn trasport ta’ ilma jew ta’ demel, dħul minn għasir ta’ għeneb jew żebbuġ u dħul li ma jkunx joriġina minn art agrikola li tkun għand din il-persuna,

c) tkun membru ta’ koperattiva agrikola, ta’ organizazzjoni ta’ produtturi jew ta’ assoċjazzjoni rikonoxxuta ta’ bdiewa

Il-Ministru Jason Azzopardi qal li dan il-Gvern jimpurtah ħafna min dan is-settur u sema’ u ta widen għas-suġġerimenti kollha li waslulu mingħand il-bdiewa.

Il-Ministru ghar-Rizorsi u Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino sostna li bl-introduzzjoni tar-riżoluzzjoni li temenda l-iskeda ta’ l-att dwar it-trasferiment ta’ art tal-Gvern (Kap 268), il-Gvern se jkun f’pożizzjoni li jintroduci dalwaqt inizjattivi oħra fir-rigward ta’ trasferiment tal-art agrikola f’pajjiżna anke biex itejjeb il-konsolidament tal-istess art.

Il-Gvern għandu fiduċja fil-bdiewa Maltin u Għawdxin u jemmen bis-sħiħ, li dan ix-xogħol għandu jkompli jintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi tal-bdiewa kollha. Turija ta’ dan, hija l-bidla għall-aħjar li l-Gvern qiegħed jipproponi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow