STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Stqarrija b'Risposta ghad-Diskors ta' Dott Muscat
L-oppożizzjoni laburista permezz tal-kelliem tagħha dwar l-enerġija Konrad Mizzi ddikjarat li jekk Dott Muscat ikun fil-Gvern mhux se jżid is-sussidju li jingħata lill-Enemalta u lill-familji minħabba ż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt. Il-wegħda ta' Dott Muscat tissarraf f'taxxi ġodda.
Il-Gvern qed jagħti u jibqa’ jagħti aktar għajnuna finanzjarja lill-EneMalta biex tagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt. Fl-istess waqt il-Gvern għamel skemi biex aktar familji jinvestu f’solar water heaters, PVs u f’double glazing biex inaqqasu l-kontijiet u b’hekk titnaqqas id-dipendenza fuq iż-żejt.
Sa issa 14,500 familja diġa ingħataw ghotja finanzjarja biex jinvestu fl-enerġija altnerattiva jew f'tagħmir li jiffranka l-enerġija filwaqt li 67,000 familja li jikkunsmaw l-enerġija bilgħaqal qed jingħataw tnaqqis sa 25% fil-kont għal konsum tal-elettriku. Dan barra li 30,000 familja jgawdu mill-energy vouchers.
Matul din il-leġislatura l-Gvern naqqas konsistentment it-taxxa biex iħalli aktar flus fil-but tal-familji Maltin. Fl-ewwel budget tnaqqset l-income tax għal kulħadd. Fil-budget li għadda tnaqqset l-income tax għall-ġenituri. Dan barra tnaqqis mit-taxxa għall-ommijiet, għal ġenituri li jibgħatu l-uliedhom fi skola privata, f'child care centre, u f'attivitajiet kulturali u sportivi. Tneħħew ukoll numru ta' taxxi oħra li ddaħħlu jew żdiedu minn Gvernijiet Laburisti, fosthom id-departure tax, il-liċenzja tat-televizjoni u t-taxxa fuq il-credit cards. Tnaqqset it-taxxa għas-self-employed, kif ukoll għan-negozji ż-żgħar ta' pajjiżna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en