MIJIET TA’ FAMILJI JZURU L-KUMPLESS AMBJENTALI TA’ SANT’ ANTNIN F’WIED IL-GHAJN WAQT L-OPEN DAY
Mijiet ta’ familji żaru l-Kumpless Ambjentali ta’ Sant’ Antnin f’Wied il-Għajn li fetaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku illum. Il-familji kellhom l-opportunità li jżuru l-operat tal-impjant filwaqt li kien hemm ġurnata ta’ divertiment għall-familja kollha.
Dan il-Gvern dawwar l-iskart f’Riżorsa. Minn dak li wiehed jarmi llum nipproduċu l-enerġija nadifa. Dan permezz tal-kumpless ambjentali Sant’Antnin f’Wied il-Għajn li sar biex;
• tiżdied is-separazzjoni tal-iskart f’pajjiżna;
• l-iskart ikun sfruttata bhala rizorsa u b’hekk parti mill-iskart jiġi esportat għar-riċiklaġġ;
• parti oħra mill-iskart isir il-kompost minnu;
• mill-iskart nipproduċu l-elettriku;
• b’anqas skart u b’anqas użu ta’ fuel intejbu l-ambjent ta’ pajjiżna, titjieb il-kwalità tal-arja u ngawdu saħħa aħjar.
B’dan l-impjant li sar b’investiment ta’ €27 miljun b’kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea, il-Gvern seta’ jkompli jinċentiva n-nies biex jisseparaw l-iskart, u għalhekk fl-2008 inbdiet is-sistema ta’ separazzjoni tal-iskart mid-djar permezz tal-iskema Irricikla t-Tlieta. Bejn l-2008 u Settembru 2012 inġabru madwar 35,000 tunnellata ta skart ġewwa l-MRF, apparti l-iskart riċiklabbli li ġie proċessat ġewwa faċilitajiet privati. Ma dawn wieħed irid izżd 25,000 tunnellata ta’ skart isepparat miġbur mill-Bring-in Sites.
Illum iċ-Ċentri biex jilqgħu fihom skart goff fil-Magħtab, l-Imrieħel, Ħal Far, Hal Luqa, u x-Xewkija Għawdex, qed joperaw u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jindraw mill-pubbliku. F’dawn l-aħħar ħames snin, il-WasteServ ġabret aktar minn 85,000 tunnellata ta’ skart goff domestiku minn dawn is-siti.
Bl-iskart isepparat miġbur għar-riċiklaġġ il-WasteServ esportat aktar minn 1700 container (tal-40 pied) bejn l-2009 u Settembru 2012.
Il-kumpless ambjentali ta’ Sant’Antnin ġie inawgurat fl-intier tieghu f’Novembru tas-sena 2010 bl-aħħar estenzjoni tiegħu tkun il-Mechanical Biological Treatment Plant (MBT Plant) madwar 88,000 tunnellata ta’ skart ġew trattati fl-MBT Plant kemm ila topera din il-facilità li qed twassal biex mill-iskart tkun iġġenerata l-enerġija nadifa.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en