877 ŻGĦAŻUGĦ U ŻGĦAŻUGĦA JIPPARTEĊIPAW FIL-KUNSILLI LOKALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ FL-AĦĦAR 4 SNIN
- 240 żagħżugħ/a qed jipparteċipaw fir-raba’ edizzjoni tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ
- Din is-sena qed jipparteċipaw 25 kunsill lokali
Il-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ hu programm li kiseb popolarità kbir fost iż-żgħażagħ tant li minn 15-il kunsill lokali u 136 parteċipant li ipparteċipaw fl-edizzjoni tal-2009/10, illum hemm 25 kunsill lokali u 240 parteċipant. Dan ħabbru l-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport meta dalgħodu, żar seminar ta’ taħriġ li sar apposta għaż-żgħażagħ parteċipanti f’din ir-raba’ edizzjoni ta’ dan il-programm.
Il-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ huwa programm ta’ empowerment għaż-żgħażagħ imtella’ minn Aġenzija Żgħażagħ b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ li qed jagħti aktar opportunitajiet liż-żgħażagħ billi jagħtihom l-għoddod meħtieġa biex jagħtu kontribut fil-komunità tagħhom, kif ukoll qed jagħtihom ħiliet ġodda permezz ta’ edukazzjoni mhux formali biex jużaw matul ħajjithom u fid-dinja tax-xogħol.
L-Onor. Puli tenna li matul il-perjodu ta’ dan il-programm iż-żgħażagħ jingħataw taħriġ f’diversi oqsma li huma meħtieġa fit-tmexxija ta’ kunsill lokali fosthom taħriġ f’leadership; fil-liġi tal-Kunsilli Lokali, kif isiru business plan u pjan finanzjarju. Huwa saħaq li dan il-programm huwa programm kumplimentari għall-edukazzjoni formali li jieħdu mill-iskejjel iżda fl-istess ħin jippreparhom hands on għax-xogħol peress li permezz ta’ dan il-programm jakkwistaw wkoll ħiliet soċjali u ta’ komunikazzjoni.
Matul il-laqgħat iż-żgħażagħ assistiti minn youth workers joħorġu bi proposti għall-proġett sabiex itejbu l-lokalità tagħhom. Dan isir permezz ta’ proċess demokratiku ta’ diskussjoni, biex imbgħad tliett proġetti rebbieħa li jintgħażlu fl-aħħar tal-edizzjoni, jitwettqu.
Matul dan is-seminar kien hemm numru ta’ workshops b’temi differenti fosthom kif issir leader, kif tindirizza l-bzonnijiet tal-komunità; kif tikkomunika; u kif tikteb il-proposti. Matul dan il-nofs ta’ nhar kien hemm ukoll workshop li kien qed iħarreġ ukoll numru ta’ youth workers ġodda li din is-sena se jkunu qed jassistu lill-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ għall-ewwel darba din is-sena.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en