INVESTIMENT U INĊENTIVI FAVUR BILANĊ AKTAR B’SAĦĦTU BEJN IL-FAMILJA U X-XOGĦOL
Pajjiżna għaddej minn trasformazzjoni ekonomika u soċjali importanti hekk kif aktar koppji qed jagħżlu li jaħdmu t-tnejn. Il-Gvern u s-settur privat qed jagħtu appoġġ għal din il-bidla b’aktar investiment u inċentivi li jippermettu lill-familji jsibu bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u tax-xogħol. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt l-inawgurazzjoni ta’ Child Care Centre privat ġdid, Bee Smart, f’Santa Venera.
Il-Ministru Fenech beda billi feraħ lil Fabienne u Maria Galea għal dan l-investiment, u qal li “huwa dejjem ta’ kuraġġ li tara żewġ imprendituri żgħażagħ, nisa, li jidħlu għad-dinja tan-negozju, billi joffru servizz li fl-aħħar mill-aħħar qed isir kull ma jmur aktar essenzjali għall-pajjiżna”. Dan l-investiment sab ukoll l-appoġġ ta’ skema tal-Fondi Reġjonali tal-Unjoni Ewropea (ERDF) proprju għal investiment f’child care centres.”
Tonio Fenech spjega kif il-Gvern għamel investiment sostanzjali fiċ-child care centres, fejn sa qabel din il-leġislatura, il-Gvern kellu child care centre wieħed, llum għandu għaxra. Dan filwaqt li qed jinbnew 4 oħra (Naxxar, San Ġwann, Gżira, Żurrieq). Dan barra li l-Gvern Gvern jissussidja 3 ċentri oħra fl-iskejjel tiegħu mmexxija mill-privat, iċ-Ċentri l-oħra fl-MCAST, fl-Università u l-ETC filwaqt li qed jinbnew numru ta’ child care centres f’żoni industrijali tal-Malta Enterprise.
Aktar minn hekk, illum għandna aktar minn 43 ċentru ieħor operat mill-privat. “Din it-talba hija ċertament riflessjoni fiż-żieda ta’ persuni jaħdmu, b’mod partikolari żieda ta’ eluf ta’ nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol għall-ewwel darba jew li jibqgħu jaħdmu anke wara li jsiru ommijiet.”
Huwa fakkar li “matul din l-leġislatura daħħalna u żidna tax credit għal min jibgħat it-tfal f’child care centre, b’ammont imnaqqas mid-dħul taxxabbli sa 1,000 ewro, li telgħet għal 1,300 fil-budget li għadda. Diġà hemm kważi 2,400 ġenitur li qed igawdu minn dan it-tnaqqis. Fakkar ukoll fl-iskema li meta mara tirritorna lura għax-xogħol tibbenefika minn sena bla taxxa. Medja ta 2,800 omm fis-sena qed jidħlu lura għax-xogħol u jiffrankaw sena taxxa.
Riforma oħra importanti kienet l-estensjoni fil-maternity leave li fil-Budget għal din is-sena żdiedet b’erba’ ġimgħat.
“Dan kollu huwa xhieda tal-ħidma globali tal-Gvern, li jpoġġi lill-familja fiċ-ċentru tal-ħidma politika tiegħu. Li joħloq l-impjiegi,li joffri edukazzjoni tal-aqwa kwalità iżda li mbagħad jindirizza dawk l-ostakli li jistgħu jillimitaw l-opportunitajiet biex wieħed jissieħeb u jibqa’ fid-dinja tax-xogħol. Din se tibqa’ d-direzzjoni li fuqha l-Gvern jfassal il-politika tiegħu għas-snin li ġejjin”.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en