STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
pr2583
23/11/2012
Il-Prim Ministru talab lis-Segretarju Permanenti Ewlieni biex jikkomunika mal-Awditur Generali sabiex jinvestiga l-allegazzjonijiet fil-media dwar id-Direttur Ġenerali fid-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet. Din it-talba saret wara rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ Awditjar Intern u Investigazzjonijiet u fuq talba tad-Direttur Ġenerali innifisha. Peress li d-Direttur Ġenerali talbet li, sabiex tikkonċentra fuq id-difiża tagħha, tkun fuq leave sakemm tiġi konkluża l-investigazzjoni tal-Awditur Generali, fil-jiem li ġejjin se jinħatar direttur pro tempore.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en