Left arrow Go Back

NHAR IL-ĦADD OPEN DAY FIL-KUMPLESS AMBJENTALI TA’ SANT’ ANTNIN F’WIED IL-GĦAJN

pr2580
Date Icon 23/11/2012

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Novembru, bejn l-10 ta’ filgħodu u l-4.30 ta’ waranofsinhar, il-Kumpless Ambjentali ta’ Sant’ Antnin f’Wied il-Għajn se jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku. Il-familji huma mħeġġa sabiex iżuru l-operat tal-impjant filwaqt li se jkun hemm ġurnata ta’ divertiment  għall-familja kollha. 


Bħala parti mill-attivitajiet marbuta mal-Open Day illum studenti mill-Kulleġġ ta’ Margerita taż-Żejtun u mill-Kulleġġ Sant’Injazju tal-Ħandaq żaru l-Impjant u pparteċipaw f’numru t’attivitajiet. 


Dan il-Gvern dawwar l-iskart f’Riżorsa. Minn dak li wieħed jarmi llum nipproduċu l-enerġija nadifa. Dan permezz  tal-kumpless ambjentali Sant’Antnin f’Wied il-Għajn li sar biex;

·                    tiżdied is-separazzjoni tal-iskart f’pajjiżna;

·                    l-iskart ikun sfruttata bħala riżorsa u b’hekk parti mill-iskart jiġi esportat għar-riċiklaġġ;

·                    parti oħra mill-iskart isir il-kompost minnu;

·                    mill-iskart nipproduċu l-elettriku;

·                    b’anqas skart u b’anqas użu ta’ fuel intejbu l-ambjent ta’ pajjiżna, titjieb il-kwalità tal-arja u ngawdu saħħa aħjar.

B’dan l-impjant li sar b’investiment ta’ €27 miljun b’kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea, il-Gvern seta’ jkompli jinċentiva n-nies biex jisseparaw l-iskart, u għalhekk fl-2008 inbdiet is-sistema ta’ separazzjoni tal-iskart mid-djar permezz tal-iskema Irriċikla t-Tlieta. Bejn l-2008 u Settembru 2012 inġabru madwar 35,000 tunnellata ta skart gewwa l-MRF, apparti l-iskart riciklabbli li ġie proċessat ġewwa faċilitajiet privati. Ma’ dawn wieħed irid iżid 25,000 tunnellata ta’ skart isepparat miġbur mill-bring-in sites.

Illum iċ-Ċentri biex jilqgħu fihom skart Goff fil-Maghtab, l-imrieħel, Ħal Far, Ħal Luqa, u x-Xewkija Għawdex, qed joperaw u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jindraw mill-pubbliku.  F’dawn l-aħħar hames snin, il-WasteServ ġabret aktar minn 85,000 tunnellata ta’ skart goff domestiku minn dawn is-siti. 


Bl-iskart issepparat miġbur għar-riċiklaġġ il-WasteServ esportat aktar minn 1700 container (tal-40 pied) bejn l-2009 u  Settembru  2012.


l-kumpless ambjentali ta’ Sant’Antnin ġie inawgurat fis-sħiħ tiegħu f’Novembru tas-sena 2010 bl-aħħar estenzjoni tiegħu tkun il-Mechanical Biological Treatment Plant (MBT Plant) madwar 88,000 tunnellata ta’ skart ġew trattati fl-MBT Plant kemm ila topera din il-faċilità li qed twassal biex mill-iskart tkun iġġenerata l-enerġija nadifa.


l-pubbliku li hu parti mis-suċċess ta’ dan il-kumpless hu mistieden li jipparteċipa fl-Open Day. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq Freephone 8007 2200, ibgħat imejl fuq info.ws@wasteservmalta.com jew żur facebook.com/WasteServ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow