Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr2578
Date Icon 23/11/2012

• Residenti f’Marsaskala, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun se jibbenefikaw mill- elettriku ġġenerat mill-iskart

• Il-Fondazzjoni Inspire wkoll qed tibbenefika minn enerġija alternattiva ġġenerata fl-Impjant ta’ Sant’Antnin

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali l-Onor. George Pullicino llum nieda skema msejjħa “Good Neighbourhood” li permezz tagħha d-djar li huma f’ċirku ta’ raġġ ta’ 1.5 km mill-Kumpless Ambjentali ta’ Sant’Antnin kull sena jingħataw lura parti mill-enerġija nadifa li issa qed jiġġenera l-istess Impjant.

Il-Ministru Pullicino qal li hu stmat li madwar 3,000 dar, ekwivalenti għal madwar 7,000 resident, se jibbenefikaw minn din l-iskema. Il-familji eliġibbli fil-ġimgħat li ġejjin se jirċievu ċekk li jista’ jissarraf mal-kont tad-dawl li jmiss u/jew jiġi kkreditat fuq il-kont tal-ARMS tagħhom. Il-benefiċċju, li ġie stabbilit ta’ 150 units għal kull persuna reġistrata fl-indirizz, hu limitat għal residenzi privati permanenti bi prezz ta’ 0.16c għal kull unit. Bħala eżempju, dan ifisser li kull sena familja ta’ 4 persuni se tkun intitolata għal 600 unit ta’ elettriku li jissarfu f’ċekk ta’ €96.

Il-Ministru Pullicino rringrazzja lill-familji Maltin tal-isforzi kollha tagħhom fejn fehmu l-bżonn u l-importanza li jisseparaw l-iskart. Hu rringrazzja wkoll lir-residenti tal-madwar li llum japprezzaw li din it-teknoloġija hi għal ġid tal-komunita’. Il-Ministru Pullicino qal ukoll li bl-enerġija nadifa, qed inħarsu saħħitna u nħarsu l-ambjent u għalhekk b’dan l-impjant li qed jiġġenera l-enerġija nadifa qed igawdi kulħadd, ‘dan hu nvestiment f’saħħitna’ temm jgħid il-Ministru Pullicino.

L-enerġija nadifa qed tiġi ġġenerata fl-Impjant ta’ Sant’Antnin permezz ta’ proċess ta’ trattament ta’ skart organiku. Permezz ta’ dan il-proċess ta’ diġestjoni anerobika, l-iskart organiku jgħaddi minn trattament ta’ stabilizzazzjoni ġo tankijiet magħluqa u jiġi prodott l’hekk imsejjaħ Biogas li jintuża għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, kemm enerġija elettrika kif ukoll is-sħana. Filwaqt li l-elettriku jgħaddi fil-grid nazzjonali, u għaldaqstant din l-enerġija tikkontribwixxi għat-targets li għandna Malta fil-qasam tal-enerġija alternattiva, is-sħana qed tintuża wkoll għall-proġett importanti li qed issir b’kollaborazzjoni bejn il-WasteServ u l-fondazzjoni Inspire.

Permezz ta’ dan il-‘Heat Transfer Project’ l-enerġija ġġenerata mill-iskart qed tintuża biex issaħħan il-pixxina tal-fondazzjoni Inspire kif ukoll għall-calorifier.  L-impjant ta’ Sant’Antnin u ċ-ċentru tal-Inspire ġew konessi permezz ta’ katusi b’tul ta’ żewġ kilometri, filwaqt li ġie nstallat ukoll tagħmir ieħor bħal Building Management System għall-monitoraġġ tas-sistema. B’kollox dan il-proġett ġie jiswa € 345,000 li kienu finanzjati minn fondi lokali.

Il-Perit Ben Farrugia, Chairman tal-WasteServ, qal li “Aħna ferħanin u kburin li dan il-proġett intagħżel mill-Kummissjoni Ewropea biex tirrappreżenta lil Malta fil-kampanja ‘Dinja li togħġbok, bi klima li togħġbok’. Din il-kampanja tiġbor fiha 27 storja ta’ suċċess fl-ambitu tat-tibdil fil-klima minn madwar l-Ewropa, u huwa tassew ta’ unur kbir li ntagħżilna minn fost proġetti oħrajn ta’ pajjiżna”.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow