Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL

pr2577
Date Icon 23/11/2012

Il-Partit Laburista jipprova jtappan is-suċċess fl-Edukazzjoni

Il-Partit Laburista ma jridx jirrikonoxxi s-suċċess li pajjiżna qed jikseb fil-qasam tal-edukazzjoni bħala riżultat tar-riformi li qed isiru f’dan is-settur, minkejja li anke rapporti u statistika tal-Unjoni Ewropea jagħrfu l-progress li Malta qed tagħmel f’dan il-qasam kruċjali għall-iżvilupp tal-pajjiż.

Anzi kull darba li l-istatistika jew l-Unjoni Ewropea joħorġu rapporti li fihom Malta tissemma b’mod pożittiv, kif kien l-Education and Training Monitor maħruġ mill-UE ftit jiem ilu, il-kelliema Laburisti jaraw kif jippruvaw itappnu minn dan is-suċċess.

F’konferenza li ta llum stess il-kelliem Laburista għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li l-imsemmi rapport ipoġġi lil Malta fl-aħħar post għal dawk li huma studenti li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni iżda ma qalx li l-istess rapport jgħid li Malta hi l-aktar pajjiż li qed jirnexxielha tnaqqas malajr din ir-rata. Ir-rata ta’ parteċipazzjoni fl-edukazzjoni wara l-iskola obbligatorja telgħet minn 43% fl-1999 għal 83% is-sena li għaddiet.

Evarist Bartolo jaf li l-kejl li jintuża fir-rigward ta’ dawk imsejħa ESL (dawk li għandhom bejn it-18 u l-24 sena) ipoġġi lil Malta fi żvantaġġ ma’ pajjiżi oħra, tant li l-UE bi qbil mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatitstika ta’ Malta aċċettat li għandna nibdew nużaw kejl li jqarribna lejn pajjiżi Ewropej oħra u skont dan il-kejl ġdid, ir-rata ta’ dawk li telqu ma jkomplux jistudjaw fil-livell post-sekondarju, fl-2011 niżlet għal madwar 24.5%.

Għal dak li jirrigwarda l-MCAST, l-istatistika turi r-rata ta’ studenti li ma jkomplux bl-istudji tagħhom qatt ma kienet aktar minn 15%, kif juru ċifri uffiċjali tal-MCAST. Konxju minn din iċ-ċifra l-MCAST kiseb €7 miljun mill-Fond Soċjali Ewropew biex jimplimenta proġett fuq tliet snin biex ikunu riveduti l-kurrikulu u s-sillabi ta’ 45 programm differenti f’livelli 1, 2 u 3, fejn hemm l-aktar studenti vulnerabbli, u jintroduċi għodod u metodi ġodda ta’ tagħlim li jkunu tal-akbar benefiċċju għal studenti vulnerabbli.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet Evarist Bartolo qal li l-pajjiż għandu bżonn jaħseb mill-ġdid l-istrateġija edukattiva tiegħu. Il-kelliem Laburista ma għamel ebda riferenza għar-riformi radikali li għaddejjin fil-pajjiż u li qed iwasslu għal riżultati pożittivi, kif juri l-istess rapport li tkellem dwaru l-Onor. Bartolo. Nittamaw li dawn il-pjani ma jinkludux xi terremot fl-edukazzjoni li jwassal  biex jinħatt dak kollu li nbena.

Iżda ma qalx x’inhuma l-pjani tal-Partit Laburista fejn tidħol l-edukazzjoni u anqas jekk hux se jkompli bir-riformi li qed isiru fil-qasam edukattiv.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow