KUNDANNATA L-AGGRESSJONI FUQ GĦALLIEMA
pr2572
23/11/2012
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol jikkundanna bil-qawwa kollha l-aggressjoni li seħħet nhar il-Ħamis li għadda fuq għalliema fl-iskola sekondarja tas-subien tal-Kulleġġ San Injazju.
Il-Ministeru jixtieq juri s-solidarjeta’ tiegħu mal-għalliema li sfat attakkata waqt il-qadi ta’ dmirijietha u jistenna li l-għalliema kollha jitħallew jaqdu dmirijiethom bla xkiel u bla biża’ fl-interess tat-tfal fdati f’idejhom.
Il-Ministeru jittama li l-għalliema in kwestjoni tirritorna fl-iskola fl-iqsar żmien possibbli filwaqt li jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u jittieħdu l-passi li hemm bżonn ma’ min kien responsabbli għal dan l-inċident.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en