MNIEDI SIT ELETTRONIKU ĠDID GĦALL-OĠĠETTI UŻATI WWW.REUSE.COM.MT
Illum bħala parti mill-attivitajiet tal-European Week for Waste Reduction u miċ-ċelebrazzjonijiet fl-għeluq l-10 snin anniversarju mit-twaqqif tal-WasteServ, ġie mniedi is-sit eletroniku www.reuse.com.mt. l-għan ta’ din il-website hu biex dak li jkun, qabel ma jiddeċiedi li jiddisponi mill-oġetti li jkollu, jara jsibx min jixtieq li jagħmel użu mill-oġetti tiegħu permezz ta’ dan is-sit eletroniku. B’hekk l-oġġetti jibqgħu jiġu użati minflok jintremew.
Biex jintuża dan is-sit, wieħed għandu jirreġistra fis-sit, itella’ d-dettalji u ritratt tal-oġġett, u jagħti wkoll in-numru ta’ kuntatt. Individwi u kumpaniji li jużaw is-sit jistgħu jagħmlu kuntatt dirett mal-persuna biex jiftehmu kif jistgħu jiġbru l-oġġett tagħhom. Ħafna oġġetti, kbar jew żgħar, jistgħu jiġu mogħtija għal donazzjoni bl-użu ta’ dan is-servizz. Per eżempju, oġġetti tal-għamara jew tgħammir tad-Dar kif ukoll kotba u ġugarelli fost oħrajn. Dan isir mingħajr ħlas kemm għal persuna li tagħti l-oġġett għad-donazzjoni kif ukoll għal persuna li tieħu l-oġġett.
Waqt it-tnedija uffiċjali tas-sit, iċ-Chairman tal-WasteServ, Perit Ben Farrugia, sostna illi ‘allavolja r-riċiklaġġ huwa element importanti ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart, l-ewwel pass għandu dejjem ikun li nnaqqsu l-iskart billi nipproduċu l-inqas ammont ta’ skart possibbli, inkluż li ntawwlu kemm jista jkun il-lifespan tal-prodotti li nixtru qabel ma narmuhom. Din il-website għalhekk tirrappreżenta miżura konkreta ta’ kif nistgħu ndaħħlu l-kunċett ta’ Reuse fil-prattika…’
Kull sena l-WasteServ tirċievi bosta oġġetti ddepożitati fil-5 Ċentri Għall-Iskart Goff f’Malta u f’Għawdex, u xi wħud minn dawn l-oġġetti jkunu f’kundizzjoni tajba biex jerġaw jintużaw jew jissewwew. L-iskop tas-sit reuse.com.mt hu biex tinkoraġġixxi lill-pubbliku biex jaħsibha darbtejn qabel ma’ jiġi biex jarmi l-affarijiet li m’għandux bżonn u minflok juża dan is-servizz b’xejn.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijeit Rurali George Pullicino li kien preżenti għall-attivita’ ta’ dalgħodu, qal li din il-website qed issir fi żmien fejn illum m’għadx hawn skuża biex wieħed jarmi barra. l-użu massimu tal-materjal qabel ma wieħed jiddeċiedi li jarmi huwa kunċett li wkoll qed jindera tant li l-ġenerazzjoni tal-iskart f’pajjiżna skont l-istatistika tal-Eurostat, il-ġenerazzjoni tal-iskart per capita naqset b’ 60kg.
Il-WasteServ dejjem ħadmet u tibqa taħdem b’impenn biex tipprovdi soluzzjonijiet għal prevenzjoni tal-iskart, b’hekk tnaqqas l-ammont ta’ skart li jmur lejn l-engineered landfill. Is-sit reuse.com.mt tirrappreżenta kontribuzzjoni importanti għal dan l-iskop, fejn il-pubbliku jista’ jagħti l-oġġetti li m’għandux bżonn b’mod faċli minflok jispiċċa jarmihom.
Dan is-sit huwa kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea bħala parti mill-proġett Pre-Waste, fejn il-WasteServ ipparteċipat bħala partner flimkien ma’ disa’ entitajiet mill-Ewropa. Il-għan ta’ dan il-proġett kien biex ikun hemm diskussjoni fuq metodi ta’ kif għandna nnaqqsu l-iskart. Is-sit reuse.com.mt huwa eżempju ta’ dan.
Stqarrijiet Oħra:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en