Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA

pr2561
Date Icon 21/11/2012

Fatti rigward il-mużewijiet immexxija minn Heritage Malta

B’riferenza għall-istqarrija tal-Onorevoli Owen Bonnici rigward it-tnaqqis fin-numru ta’ viżitaturi fil-mużewijiet u siti kulturali, wieħed irid jippreċiża dawn il-punti:

Kif jidher ċar, l-istħarriġ tal-NSO jinkludi mużewijiet, siti u attrazzjonijiet kulturali tal-Gżejjer Maltin kollha, inkluż dawk tal-Knisja, ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi u tal-privat, u mhux dawk tal-gvern biss. Fil-fatt il-mużewijiet u s-siti ta’ Heritage Malta miftuħin għall-pubbliku b’mod regolari jammontaw għal 23 biss mit-68 li ssemmi l-istqarrija tal-NSO. Għal din ir-raġuni, il-konklużjonijiet tal-Onorevoli Bonnici huma żbaljati.

Għal dak li jirrigwarda l-mużewijiet u s-siti amministrati direttament mill-Gvern permezz ta’ Heritage Malta, il-fatti huma dawn:

Meta wieħed iqabbel l-istatistika ta’ dawn l-aħħar erba’ snin, b’eċċezzjoni għas-sena 2011, jara li n-numru tal-viżitaturi li daħlu bi ħlas fil-mużewijiet u s-siti ta’ Heritage Malta baqa’ jiżdied. Fl-2009 kien 1,041,934, fl-2010 kien 1,064,454, fl-2011 kien 1,030,951. Iċ-ċifri ta’ viżitaturi għal din is-sena diġà qed juru li hemm żieda sostanzjali fuq l-2011. 

Barra minn hekk wieħed irid ukoll isemmi dawn il-punti:

• Għal dawn l-aħħar tliet snin il-mużwijiet u s-siti amministrati minn Heritage Malta laqgħu fi ħdanhom, mingħajr ebda ħlas ta’ xejn, medja ta’ 40,000 tifel u tifla tal-iskejjel, li jgawdu mhux biss minn dħul b’xejn iżda wkoll minn programmi edukattivi speċifiċi matul iż-żjara tagħhom.

• Għal dawn l-aħħar tliet snin kull mużew u sit amministrat minn Heritage Malta kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex infetaħ għall-pubbliku mingħajr l-ebda ħlas mill-inqas darba fis-sena f’sensiela ta’ Open Days li issa saru tradizzjoni fil-kalendarju ta’ attivitajiet annwali ta’ Heritage Malta. Il-medja ta’ viżitaturi, li l-maġġoranza assoluta tagħhom huma Maltin, li daħlu b’xejn fil-mużewijiet u s-siti tul dawn l-aħħar tliet snin hija ta’ 80,000 fis-sena.  

• Heritage Malta toffri wkoll għadd ta’ biljetti multi-site għal għadd ta’ mużewijiet bi prezz speċjali. Din l-offerta teżisti għall-mużewijiet tal-Birgu, tar-Rabat u tal-Belt.

• Heritage Malta toffri wkoll biljett wieħed għas-siti u għall-mużewijiet tagħha f’Malta u Għawdex bi prezz ta’ €30.

• Il-pubbliku jista’ jibbenefika wkoll mill-offerta ta’ sħubija li toffri Heritage Malta. Permezz ta’ din is-sħubija, wieħed jista’ jżur għal kemm il-darba jrid il-mużewijiet u s-siti kollha ta’ Heritage Malta għal prezz ta’ €35 fis-sena biss. Barra minn dan, il-membri jgawdu wkoll minn attivitajiet speċjali imtella’ apposta għalihom.

Għaldaqstant bħalma wiehed jista’ jara hawn fuq mhux talli in-numru ta’ nies li daħlu fil-mużewijiet u siti ta’ Heritage Malta bi ħlas żdiedu imma żdied ukoll in-numru ta’ nies li żaru is-siti b’xejn.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow