Left arrow Mur Lura

GĦOTI TAL-BANDIERA L-ĦADRA LIL ŻEWĠ SKEJJEL F’GĦAWDEX

pr2554
Date Icon 21/11/2012

Żewġ skejjel primarji fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex ingħataw il-Bandiera l-Ħadra waqt iċ-ċerimonja tal-premjijet li kienet parti mis-seminar annwali ta’ EkoSkola f’Għawdex. Dan is-seminar li nżamm fl-Iskola Primarja tan-Nadur kien jinkludi wkoll l-introduzzjoni ta’ żewġ programmi ambjentali fl-iskejjel Għawdxin – il-Young Reporters for the Environment (YRE) u l-Learning About Forests (LEAF).

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex ippreżentat it-tielet Bandiera Ħadra lill-Iskola Primarja tax-Xagħra u t-tieni Bandiera Ħadra lill-Iskola Primarja tan-Nadur. Barra minn hekk l-Iskola Primarja tar-Rabat ingħatat is-Silver Award.

Filwaqt li awgurat lil dawn l-iskejjel għall-unuri li rċievew, il-Ministru għal Għawdex esprimiet sodisfazzjon għal fatt li l-istudenti Għawdxin huma parteċipi fil-programm EkoSkola flimkien ma’ iktar minn 11-il miljun tifel u tifla minn 53 pajjiż madwar id-dinja kollha.  Hija qalet li l-involviment tal-istudenti Għawdxin fi programmi ambjentali huma wkoll konformi mal-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex biex Għawdex tkun ġżira aħjar. Il-Ministru Giovanna Debono qalet li l-programmi tal-Foundation for Environmental Education (FEE) iwasslu tagħlim siewi biex minn età żgħira t-tfal jidraw ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, filwaqt li appellat biex l-iskejjel f’Għawdex jipparteċipaw ukoll fil-YRE u l-LEAF. “Dawn huma inizjattivi tajbin li jnisslu ħeġġa akbar biex nagħrfu napprezzaw u nħobbu l-ambjenti ta’ madwarna”, żiedet tgħid il-Ministru. Hija rreferiet ukoll għall-proġetti ta’ afforestazzjoni li qed iwettaq il-Ministeru għal Għawdex, li permezz tagħhom qed jinħolqu aktar spazji għar-rikreazzjoni tat-tfal u l-familji.

Dan is-seminar kien indirizzat ukoll mis-Sur Vincent Attard, il-Koordinatur tal-Fondazzjoni għall-Edukazzjoni Ambjentali f’Malta (FEE Malta). Il-programm kien jinkludi filmat intitolat ESD in Schools: “How EkoSkola changed my life…” dwar l-esperjenzi tal-istudenti parteċipi f’dan il-programm, filwaqt li ngħatat informazzjoni dwar il-programm ta’ EkoSkola f’Malta fl-aħħar għaxar snin. Saru wkoll żewġ workshops fejn ġew introdotti dawn iż-żewġ programmi. Il-programm YRE, li jinkoraġġixxi ġurnaliżmu investigattiv dwar l-ambjent, ilu preżenti fl-iskejjel sekondarji f’Malta għal dawn l-aħħar ħames snin u issa qed jiġi introdott ukoll fl-iskejjel primarji. Minn naħa l-oħra, il-programm LEAF jinkoraġixxi lill-iskejjel biex iwettqu proġetti relatati mas-siġar, parks, u pjanura naturali. Dan il-programm ġie mniedi s-sena li għaddiet permezz ta’ skejjel pilota, iżda issa huwa miftuħ għall-iskejjel kollha li jixtiequ jipparteċipaw.

Għal dan is-seminar kienu preżenti għalliema u studenti ġejjin minn għaxar skejjel primarji fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow