Left arrow Mur Lura

IL-GVERN FAVUR SAJD SOSTENIBBLI KIF STIPULAT MILL-ICCAT

pr2552
Date Icon 20/11/2012

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jirreferi għar-rakkomandazzjoniet tal-Kummissjoni Internazzjonali għal Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku, ICCAT, kif maqbula fil-konferenza f’Agadir, il-Marokk f’dawn il-ġranet.  Din il-konferenza permezz ta’ data xjentifika innutat li fl-aħħar snin bil-miżuri li ttieħdu biex ikun hemm kontroll għas-sajd ta’ din l-ispeċi minn kull pajjiż fosthom Malta, din l-ispeċi qabdet mit-triq ta’ rkupru sostenibbli.  Dan wassal biex qed ikun rakkomandat li mill-istaġun tas-sena d-dieħla l-kwoti ta’ qbid stabbiliti jiżdiedu għal-livell li kienu fis-sena 2010, iġifieri żieda globali ta’ 600 tunnellata u għalhekk dan għandu jfisser żieda fil-kwota ta’ Malta għall-istaġun tas-sena 2013.

Il-kwota għal Malta għad trid tiġi kkomunikata mill-Kummissjoni Ewropea. Il-konferenza tal-ICCAT stabilixxiet ukoll li l-istaġun għas-sena d-dieħla ser jitressaq b’għaxart’ijiem jiġifieri jibda mis-26 ta’ Mejju flok fis-16 ta’ Mejju u b’hekk jispiċċa fl-24 ta’ Ġunju għall-Purse Seiners. Għaldaqstant, is-sajjieda artiġjanali ser ikollhom 10 t’ijiem oħra biex jistadu qabel jibda l-istaġun tal-Purse Seiners.

Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropea, tipparteċipa f’din il-konferenza li bħal kull sena jkollha l-għan li tistabilixxi l-kwoti għal qbid tal-ispeċi, blue fin tuna, biex il-qabda tkun waħda sostenibbli u li ma tipperikolax l-eżistenza ta’ din l-ispeċi. Il-Gvern Malti jilqa’ dawn it-tibdiliet b’sodisfazzjon għal fatt li l-isforzi kollha li pajjiżna għamel f’miżuri ta’ kontroll taw il-frott meħtieġ.

Fl-aħħar snin pajjiżna dejjem dejjem aderixxa mar-regolamenti u saħħaħ l-kapaċità amministrattiva tad-Dipartiment tal-Kontroll tas-Sajd li l-għan tiegħu hu li l-attivitajiet kollha fis-settur tas-sajd isiru skond ir-regolamenti u b’mod sostenibbli. Ta’ min jinnota li fil-każ ta’ Malta, l-Gvern għall-istaġun li għadda qassam il-kwota ta’ pajjiżna biss fuq sajjieda li jistgħadu b’mod artiġjanali.

Il-Gvern Malti jibqa’ impenjat li jimplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet hekk kif għamel fl-aħħar snin. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow