Left arrow Go Back

GĦADDEJ IX-XOGĦOL FUQ IL-PROĠETT TA’ ĊENTRU ĊIVIKU U SPAZJU RIKREAZZJONALI ĠDID FIS-SWIEQI.

pr2551
Date Icon 20/11/2012

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, żar ix-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fuq il-proġett ta’ ġnien pubbliku u ċentru ċiviku għall-komunità tas-Swieqi.

Din iż-żona fis-Swieqi li ddur ma’ Triq il-Keffa, Triq Bessiera u Triq it-Terz, minn art mitluqa u abbandunata qed tiġi trasformata f’proġett li qed jagħti mal-2,300 metru kwadru ta’ spazju miftuħ għan-nies.

Il-ġnien li se jikkumplimenta ċ-Ċentru Ċiviku se jkun jikkonsisti fi spazju rikreazzjonali u msebbaħ li jinkludi, siġar, logħob għat-tfal, kif ukoll funtana. Qed jinbena wkoll ġibjun biex l-ilma jintuża għat-tisqija tal-ġnien. Iċ-Ċentru Ċiviku għandu joffri spazji għall-uffiċni tal-Kunsill Lokali, sala għall-bżonnijiet tal-komunità u faċilitajiet oħra.

Fid-disinn tal-proġett ingħatat attenzjoni speċjali biex ikun massimizzat l-ispazju rikreazzjonali għall-pubbliku fl-istes ħin li jiġi kkreat il-volum mibni għall-faċilitajiet komunitarji. Dan sar possibbli bl-isfruttament ta’ livell diffirenzjat (split levels).

Hu kkalkulat li x-xogħol kollu fuq il-proġett ta’ ġnien u ċentru ċiviku għandu jitlesta fl-ewwel kwart tas-sena 2013 b’investiment ta’ ’l fuq minn €800,000. Dan il-proġett qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tas-Swieqi.

Il-Ministru Pullicino sostna li dan hu proġett intiż li jagħti punt ta’ referenza lill-komunità tas-Swieqi biex din il-komunità li hi relattivament ġdida tingħata ċentru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow