Left arrow Go Back

MALTA BL-AKBAR RATA TA’ TNAQQIS FL-EWROPA TA’ DAWK LI JITILQU KMIENI MILL-ISKOLA

pr2549
Date Icon 20/11/2012

Ċertifikat ieħor għal Malta fl-Edukazzjoni

Malta rreġistrat l-akbar rata ta’ tnaqqis fin-numru ta’ dawk li jitilqu mill-iskola kmieni, fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.  Dan joħroġ mill-“Education and Training Monitor 2012”, maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-rapport ifaħħar il-progress li għamlet Malta fil-qasam tal-edukazzjoni u juri li f’ħafna oqsma edukattivi Malta qegħda f’pożizzjoni aħjar mill-medja tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-rapport li jagħti stampa ċara ta’ x’inhu jiġri fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fil-qasam edukattiv u t-taħriġ għandu l-iskop li jservi ta’ għodda ta’ analiżi għall-Unjoni Ewropea biex tara kif l-Istati Membri tagħha qed jimxu lejn il-miri edukattivi skont il-qafas strateġiku tal-EU sal-2020.

- Ir-rapport juri li in-nefqa ta’ Malta fl-edukazzjoni (5.46% tal-GDP) hija ogħla mill-medja Ewropea (5.41% tal-GDP);

- Malta hija l-aqwa fl-Ewropa fir-rigward ta’ opportunitajiet ta’ xogħol għal min huwa Early School Leaver. B’hekk f’pajjiżna, anke minn għandu kwalifiki bażiċi qed jirnexxielu jsib xogħol;

- L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi l-progress ta’ Malta biex tnaqqas ir-rata tal-Early School Leavers fis-snin li għaddew. Il-progress ta’ Malta huwa kkonfermat minn analiżi li tidher fir-rapport li turi li, minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, Malta l-aktar li kellha tnaqqis fir-rata ta’ Early School Leavers (grafika annessa);

- Wara studju li fih ħa sehem ukoll l-Uffiċċju Nazzjonali tal-iStatistika (NSO), Malta se tibda tuża kejl tal-Early School Leavers li jqarreb aktar lejn il-kejl użat  minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. Skont dan il-kejl ir-rata tal-Early School Leavers ta’ Malta għall-2011, niżlet għal madwar l-24.5%.

- Ir-rapport ifaħħar ukoll il-miri ta’ Malta fir-rigward tat-tertiary education attainment, jiġifieri r-rata ta’ suċċess fi ksib ta’ kwalifika terzjarja. F’dan ir-rigward, Malta stabbiliet mira li sal-2020, 33% tal-popolazzjoni tal-etajiet bejn il-30 u 34 sena jkollhom kwalifika terzjarja;

- Ir-rapport juri li fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, Malta għandha l-ogħla perċentaġġ ta’ studenti li jitkellmu it-tieni lingwa (82% jitkellmu l-Ingliż); u għandha wkoll fost wieħed mill-ogħla perċentaġġi ta’ studenti li jitkellmu ukoll it-tielet lingwa b’mod tajjeb ħafna (50%);

- Ir-rapport juri li f’Malta l-istudenti għandhom ukoll għarfien tajjeb f’dawk li huma Civic Competences, jiġifieri f’dak li għandu x’jaqsam mad-demokrazija, il-ġustizzja soċjali u l-valuri ċiviċi;

- Malta ukoll għandha s-sitt l-akbar perċentaġġ ta’ studenti li jagħżlu li jagħmlu kors ta’ edukazzjoni ogħla f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea; u għandna wkoll it-tielet l-akbar perċentaġġ ta’ studenti li jagħmlu xi tip ta’ skambju f’istituzzjoni ta’ tagħlim f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea. Malta għandha fost l-aħjar perċentaġġi ta’ inbound mobility fl-edukazzjoni ogħla, jiġifieri ta’ studenti barranin li jiġi jagħmlu kors jew skambju f’Malta;

Long-term development fit-tnaqqis fir-rata ta’ Early School Leavers

(Education and Training Monitor, 2012, p.58)

pr2549.jpg

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow