L-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-KUNSILL TAL-EWROPA TFAKKAR IL-JUM DINJI TAT-TFAL
L-Onor Francis Agius, Kap tad-Delegazzjoni Maltija għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, se jattendi għal-laqgħa li l-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali, Saħħa u Żvilupp Sostenibbli flimkien man-Network of Contact Parliamentarians fi ħdan l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa se jorganizzaw f’Moscow fil-Federazzjoni Russa fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji tat-Tfal, li taħbat fl-20 ta’ Novembru 2012, bit-tema: Il-Parlamenti Magħqudin fil-Ġlieda Kontra l-Vjolenza Sesswali Kontra t-Tfal.
Id-Delegati Parlamentari u l-esperti mistiedna minn gvernijiet u organizzazzjonijiet mhux governattivi se jiddiskutu d-diversi aspetti ta’ din il-problema bl-aċċenn ikun fuq l-abbuż li jkun ġej propju minn dawk in-nies li t-tfal ikunu jafuhom u javdahom u li ħafna drabi jkunu responsabbli mil-ħarsien tagħhom. Fl-aħħar tal-laqgħa se tiġi adottata dikjarazzjoni, hekk msejħa, il-‘Moscow Declaration’, f’dan ir-rigward.
Other Press Releases:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en