STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-MINISTERU GĦALL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA, NEGOZJI ŻGĦAR U L-KONSUMATUR U L-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR
L-Onor. Helena Dalli terġa tmeri l-fatti
B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Onor. Dalli datata 15 ta’ Novembru 2012 u ntitolata :"L-MCCAA u l-Ministru Jason Azzopardi ma jridux jammettu l-fatti," l-Ministru Jason Azzopardi u l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur jixtiequ jikkjarifaw xi punti:
Meta l-espert li hu msemmi fl-stqarrija tal-Onor.Dalli ntalab sabiex jagħti l-kummenti tiegħu dwar dak li ntqal fl-istess stqarrija, dan minn naħa tiegħu wieġeb hekk: "Il-qagħda tal-boltijiet ma tirriflettix id-deterjorazzjoni tal-asbestos. Kull min għandu idea bażika tal-kimika, jaf li l-aġent tal-corrosion tal-ħadid mhuwiex l-istess għal dak tal-asbestos. Infatti, bl-ilma tax-xita l-ħadid jissaddad, iżda l-ilma lill-asbestos ma jagħmillu xejn, anzi jekk ikun hemm xi fibri, dawn jinżammu milli jtiru. Fi ftit kliem, il-fatt li l-boltijiet huma imsaddin, ma juri xejn dwar l-istat tal-asbestos". L-espert kompla jispjega Ii l-punt li ried jagħmel hu, kien li meta il-ħadid jisaddad, dan jespandi u jista’ jagħmel ħsara lill-pannella li qegħda tmiss miegħu u huwa f’dak il-kaz meta ikun hemm potenzjal li jiddeterjora lokalment l-asbestos. Permezz tal-moniteraġġ, l-istat tal- panelli ta' saqaf ikun jista jsir magħruf.
Dwar ir-rimarka tal- Onor. Dalli fejn din ikkwotat il- kummenti tal-espert, li qal: "f'exposure of 8 hours you can inhale 1 fibre in 10 millilitres of air....8 hours a day għax inti tkun exposed, tkun hawn 8 hours a day imma, l-għada differenti," l-espert wieġeb li huwa minnu li qal dan, pero l-Onor. Dalli poġġiet din il-kwotazzjoni f’kuntest żbaljat, għaliex li kien qiegħed jiġi mfisser f’dak il-mument tal-laqgħa, kien li l-limitu legali huwa ta’ 0.1 ta’ fibra għal kull millilitru ta’ arja, fejn minħabba li 0.1 ta’ fibra ma teżistix realment għax jew għandek fibra jew m’għandek xejn, f’termini reali din tfisser fibra waħda f’kull 10 ml ta’ arja, u li tmien siegħat TWA jirrifletti il-ġurnata tipika ta’ shift tax-xogħol. Dan huwa il-limitu stipulat f’ L.N. 326 ta’ 2006.
Dwar il-kumment: "il-kampjun ittieħed fuq medda ta' erba' siegħat, tajjeb wieħed jiftakar li it-Time-Weighted Average jiġi ikkalkulat fuq tmien siegħat,"l-espert li għamel il-moniteraġġ spjega li tmien siegħat jindikaw ġurnata xogħol, peress li fil-ġurnata meta sar il-moniteraġġ, il-kundizzjonijiet meterjoloġiċi kienu stabbli u ma kienx sejjer jagħmel differenza il-ħin. B’hekk huwa rrilevanti jekk it-TWA issirx fuq medda ta’ erba siegħat jew 8 siegħat jew fuq medda ta’ ħin ieħor. Huwa evidenti li l-Onor. Dalli qegħda tallarma lill-ħaddiema għalxejn b’xejn u qegħda tipprova kontinwament tiżgwida dwar x’inhuma l-fatti reali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en