STQARRIJA MILL-ISPTAR MATER DEI
Minħabba azzjonijiet meħudha mill-Union Ħaddiema Magħqudin diversi pazjenti li qed jattendu għal appuntament fl-isptar mhumiex qed jinqdew. Sfortunatament waħda mid-direttivi li ngħtaw kienet dik li l-paramediċi ma jużawx it-telephone, u għaldaqstant il-pazjenti mhumiex qed jiġu mgħarrfa dwar l-azzjonijiet u xorta jattendu l-appuntament, għalxejn.
Filwaqt li l-isptar iħoss li dawn l-azzjonijiet, li qed jittieħdu għal raġunijiet mhux marbuta mal-isptar, qed jolqtu direttament lill-pazjent intortament, il-pazjenti li għandhom appuntamenti l-isptar huma mħeġġa biex qabel ma jiġu l-isptar jikkonfermaw l-appuntament tagħhom.
Dan jista jsir permezz ta’ telefonata lill-membri tat-team tal-customer care, li mhumiex involuti fl-azzjonijet, fuq in-numru 25454184 and 25454286.
Stqarrijiet Oħra:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en