Left arrow Mur Lura

LAQGĦA TAR-REĠISTRI TAL-KANĊER TAL-MEDITERRAN F'MALTA

pr2524
Date Icon 16/11/2012

Diskussjonijiet dwar dokumentazzjoni u prevenzjoni tal-kanċer

Id-Direttorat għall-Informazzjoni dwar is-Saħħa u r-Riċerka għadu kemm laqa’ fi ħdanu rappreżentanti minn Reġistri tal-Kanċer minn madwar il-Mediterran li qegħdin jipparteċipaw fil-proġett EUROMED. Dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-Ministeru tas-Saħħa Taljan u l-għan tiegħu hu li jipprovdi taħriġ sabiex jissaħħaħ il-potenzjal tal-pajjiżi kollha f’dan ir-Reġjun biex ikunu jistgħu jiddokumentaw u jipprevenu l-effett ta’ din il-marda qerrieda bl-istess mod, irrispettivament mill-kontinent li jagħmel parti minnu l-pajjiż ikkonċernat.

Matul din il-laqgħa, li saret fil-faċilitajiet tad-Direttorat stess nhar it-13 u 14 ta’ Novembru, gew diskussi pjanijiet għal aktar taħriġ bħala parti minn dan il-proġett li mistenni jagħlaq fis-sena 2013.

Kienu bosta il-pajjiżi li laqgħu l-istedina tar-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer Malti – fosthom Alġerija, Tuneżija, Eġittu, u Turkija, kif ukoll numru ta’ rappreżentanti minn reġistri simili fl-Italja.  Dawn ta’ l-aħħar għarfu l-esperjenza u l-kwalità tar-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer f’Malta u fil-fatt stednuh biex jibda l-proċess ta’ sħubija fil-kollaborazzjoni ta’ reġistri tal-kanċer Taljani bl-isem ta’ AIRTUM.  Tajjeb wieħed isemmi li r-reġistri tal-kanċer Taljani huma meqjusa bħala fost l-aħjar fid-dinja u fil-fatt huma fuq quddiem fir-riċerka f’dan il-qasam.

Ir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer Malti ilu stabbilit mill-1995 u huwa magħruf fost reġistri oħra għall-kwalità tal-informazzjoni li jiġbor.  Iċ-ċokon tal-pajjiż ukoll jikkontribwixxi għall-fatt li r-reġistru Malti huwa wieħed mir-reġistri b’informazzjoni l-aktar riċenti fl-Ewropa. Ftit huma reġistri oħra fl-Ewropa li jistgħu jipprovdu statistika dwar il-kanċer fi żmien sentejn, minħabba li l-proċess jinvolvi ħafna verifiki ta’ l-informazzjoni miġbura permezz ta’ riżultati mil-laboratorji, fost oħrajn.

Il-konsorzju EUROMED ukoll għaraf il-potenzjal tar-Reġistru Malti u jidher li x-xefaq qed juri diversi opportunitajiet ta’ aktar kollaborazzjoni u riċerka bejn ir-reġistri Taljan u dak Malti biex wieħed ikun armat aħjar għall-ġlieda kontra din il-marda qerrieda.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow