Left arrow Mur Lura

TNAQQIS FL-UŻU TA’ ANTIBIJOTIĊI MINGĦAJR PRESKRIZZJONI TA’ TABIB IŻDA ĦAFNA ANTIBIOTIĊI JITTIEĦDU BLA BŻONN

pr2516
Date Icon 15/11/2012

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew għall-għarfien dwar l-antibijotiċi li ser tkun fit-18 ta’ Novembru, il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità Joe Cassar qal li filwaqt li r-rati tal-MRSA u mikrobi reżistenti bħalhom qegħdin jonqsu fl-isptar Mater Dei, ir-rati qed jiżdiedu fil-komunità. Il-kawża prinċipali huwa l-użu bla bżonn ta’ antibijotiċi f’pajjiżna. Dan qed iwassal għall-iżvilupp ta’ dawn il-mikrobi reżistenti.  Huwa nkwetanti li diversi studji xjentifiċi urew li proporzjoni qawwi ta’ antibijotici f’Malta jittieħdu għal irjiħat, influenza, uġigħ fil-griżmejn u sogħla ħafifa.

Dawn huma infezzjonijiet li ħafna drabi huma kkawżati minn virus u mhux minn bacteria. Kif għadna kemm il-darba fil-passat, il-virus ma jinqatilx mill-antibijotiċi. Għalhekk meta xi ħadd jingħata antibijotiku għal riħ jew influwenza, dan ma jagħmel l-ebda ġid. Anzi, jagħmel biss ħsara għaliex jżid kemm il-possibilità ta’ side effects għal pazjent u kif ukoll ir-riskju li huwa jiżviluppa mikrobu rezistenti, bħall-MRSA, li mbagħad jista jxerrdu lil ta’ madwaru. Dan huwa l-messaġġ tal-Billboard li l-Kumitat Nazzjonali dwar l-Antibijotiċi nieda  matul din il-ġimgħa.

L-Onor. Joe Cassar qal li din l-okkażjoni sservi sabiex nżommu f’moħħna l-importanza li dawn il-mediċini essenzjali jintużaw kif suppost. Li mediċina tintuża sew japplika għall-farmaċewtiċi kollha. Madanakollu l-antibijotiċi huma uniċi fost il-mediċini għaliex użu ħażin tagħhom jaffettwa mhux biss lill-pazjent iżda anki lil dawk ta’ madwaru.

Meta aħna nieħdu ħafna antibijotiċi, speċjalment jekk dawn ma jkunx hemm bżonnhom, inżidu l-possibiltà li l-mikrobi ġewwa ġisimna jsiru reżistenti. Dan ifisser li antibijotiċi ma jibqawx effettivi fuq mikrobi perikolużi li qabel kienu jaħdmu kontra tagħhom.

Din hija problema globali tant li l-Unjoni Ewropea tistma li 25,000 persuna imutu fl-Ewropa kull sena kawża ta’ infezzjoniet minn mikrobi rezistenti. Barra minn hekk, il-kura ta’ dawn it-tip ta’ infezzjonijiet tiswa lill-Ewropa medja ta’ biljun u nofs ewro fis-sena.

F’din ix-xitwa ser inkomplu naħdmu preċiżament fuq din is-sitwazzjoni sabiex infakkru lil kulħadd biex ma jagħmilx pressjoni ħalli jinghata antibijotiċi minghajr riċetta tat-tabib. Ta’ min jgħid li rajna progress kbir u kooperazzjoni qawwija mill-poplu f’dan ir-rigward. Fil-fatt, waqt li għaxar snin ilu studji xjentifiċi wrew li aktar minn 19% ta’ Maltin kienu jieħdu antibijotiċi mingħajr riċetta tat-tabib, l-aħħar studju internazzjonali wera li din iċ-ċifra issa niżlet għal 4%, li huwa l-medja tal-Unjoni Ewropea. Ovvjament aħna nixtiequ li din iċ-ċifra tkun ta’ żero u ser inkomplu naħdmu għal dan il-għan. Madanakollu huwa sodisfaċenti ħafna li tara dan il-progress qawwi għaliex ifisser li l-messaġġ tagħna qiegħed jasal.

Jekk irnexxielna nniżlu l-użu ta’ antibijotiċi mingħajr riċetta għal 4%, dan ifisser li 96% ta’ l-antibijotiċi f’pajjiżna jittieħdu wara riċetta mit-tabib. Fl-istess ħin, l-istatistika qed turi li, ras imb’ ras, Malta għandha t-tieni l-akbar użu ta’ antibijotici fl-Ewropa. Biex din is-sitwazzjoni titjieb, hemm bżonn li t-tobba wkoll jikkontribwixxu fl-isforzi nazzjonali għal użu aħjar tal-antibijotiċi f’pajjiżna. 

Dr. Michael Borg, Konsulent fl-Isptar Mater Dei ppreżenta xi riżultati mill-Eurobarometer dwar l-għarfien tal-Maltin fuq l-antibijotiċi. Hu saħaq fuq l-importanza ta' kif wieħed juża l-antibijotiċi. Wera wkoll kif il-kontribut tal-media huwa essenzjali biex jiżdied l-għarfien dwar l-użu tal-antibijotiċi u kemm il-Maltin jagħtu importanza lill-media bħalma huma leaflets informattivi, posters u billboards. Fil-fatt il-Eurobarometer wera kif persentaġġ kbir tal-Maltin, b'kuntrarju għall-pajjiżi l-oħra Ewropej, jagħtu importanza lill-media u l-informazzjoni li tiġi mqassma mid-dipartimenti konċernati. Ir-riżultati urew ukoll kif Malta tinstab fit-tieni post fejn jidħol użu ta' antibijotiċi fl-Ewropa. Għaldaqstant, il-konsum tal-antibijotiċi stabbilizza f'dawn l-aħħar sentejn u qed isir taħriġ apposta kemm lil min jikkonsma l-antibijotiċi kif ukoll lil min jagħti dawn l-antibijotiċi dwar l-użu korrett. Punt importanti li tqajjem huwa dwar l-użu tal-wide spectrum antibijotics fejn intqal li xi kultant dawn jagħmlu aktar ħsara milli ġid.

Dr Borg qal li l-Kumitat dwar l-antibijotiċi ppubblika fuq il-website tiegħu – www.nacmalta.info – sett ta’ linji gwida sabiex jgħin lit-tobba tal-familja jaslu għal deċiżjonijiet aktar korretti meta jippreskrivu antibijotiċi kif ukoll jevitaw l-użu ta’ wide spectrum antibijotics meta dawn ma jkunx hemm bżonnhom. Qegħda wkoll tinżamm statistika ta’ kemm jintużaw antibijotiċi f’pajjiżna biex nkejlu l-impatt tal-isforzi tagħna. Matul is-sentejn li għaddew, beda jidher sinjal ta’ progress. Fil-fatt iż-żieda fl-użu ta’ antibijotiċi li konna qed naraw sena wara sena fil-passat, issa jidher li ġiet mrażżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow