Left arrow Go Back

L-INNOVAZZJONI TAL-IMPRENDITUR MALTI BL-APPOĠĠ TAL-ISKEMI TA’ GĦAJNUNA TAL-GVERN QED JISSARRFU F’ĦOLQIEN TA’ ĠID U AKTAR POSTIJIET TAX-XOGĦOL

pr2510
Date Icon 14/11/2012

Il-kumpanija Seamless Limited, li timmanifattura prodotti tal-acrylic għall-kċejjen u kmamar tal-banju fost l-oħrajn, immexxija minn imprenditur żagħżugħ Malti li beda n-negozju tiegħu erba’ snin ilu bl-għajnuna ta’ fondi għall-istart-ups, kabbret in-negozju tagħha u illum qed timpjega 11-il persuna. Minħabba ż-żieda sostanzjali f’xogħol għal din il-kumpanija, grazzi wkoll għall-fatt li qed tesporta l-prodott tagħha lejn swieq barranin, għadha kif kellha t-talba tagħha għall-fabbrika ġdida u akbar f’Kordin approvata mill-Malta Enterprise. Illum wara nofsinhar il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investment Tonio Fenech u l-Ministru għal Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi ltaqgħu mas-sid u l-ħaddiema fil-fabbrika tal-kumpanija fiż-żona industrijali f’Tal-Ħandaq.

Il-Ministru responsabbli mill-Ekonomija Tonio Fenech ddeskriva l-istorja ta’ Seamless bħala waħda li tirrappreżenta s-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna, fejn il-ħila u l-ispirtu innovattiv ta’ imprenditur Malti jsib l-appoġġ tal-Gvern biex ikun jista’ jibda negozju, ikabbru u joħloq aktar postijiet tax-xogħol. Din hi storja tanġibbli li tirrifletti fil-prattika dak li qalet l-Ewropa f’rapport dwar Malta l-ġimgħa li għaddiet, fejn irriżulta li għal sena oħra l-ekonomija Maltija se tikber b’rata iktar mgħaġġla mill-Unjoni Ewropea u se toħloq aktar postijiet tax-xogħol. Il-Ministru Fenech fakkar kif frott il-viżjoni tal-Gvern għall-qasam ekonomiku, pajjiżna ħoloq 20,000 post tax-xogħol fl-aħħar erba’ snin. Is-settur tal-manifattura kien ukoll kontributur importanti għal dan ir-riżultat hekk kif fl-aħħar 4 snin kellna 160 proġett ġdid jew espansjoni, b’investiment ta’ 350 miljun ewro jew 3,700 impjieg ġdid. Tonio Fenech spjega kif mat-twaqqif tagħha, Seamless Limited gawdiet minn għajnuna  ta’ 30,000 ewro permezz tal-Istart Up Scheme, li hija waħda mill-Iskemi tal-ERDF għall-Indstrija. Seamless kienet waħda minn 570 negozju li investew 78 miljun ewro grazzi ghal ghajnuniet minn dawn il-Fondi b’kofinanzjament tal-Unkjoni Ewropea. Matul dawn l-aħħar sentejn, Seamless gawdiet ukoll minn tnaqqis mit-taxxa grazzi għall-Iskema MicroInvest filwaqt li setgħet tespandi aktar b’għajnuna ta’ self b’rati vantaġġjużi bl-iskema Jeremie MicroCredit.

Il-Ministru Jason Azzopardi saħaq li din il-kumpanija hija eżempju ħaj tas-suċċess u permezz tal-bżulija tagħha, irnexxilha tinvesti, tkabbar l-operat tagħha u żżid l-impjiegi. Semma li diversi kumpaniji qegħdin  jagħmlu użu tajjeb mill-iskemi mħaddma mill-Gvern u b’hekk qed joħolqu aktar impjiegi u jsaħħu l-ekonomija Maltija. Huwa ħabbar l-aħħar statistika tal-Microinvest fejn spjega li sal-aħħar ta’ Ottubru kienu tqassmu mal-1597 certifikat u l-Gvern ħallas lura t-total ta’ madwar 12-il miljun f’tax credits. Din l-iskema waħedha ħolqot 590 impjieg gdid. F’dak li jirrigwardja l-Microcredit, il-Ministru Azzopardi qal li din l-iskema qed tagħmel suċċess ukoll, skema ta’ self sussidjat, li s’issa diġa għenet aktar minn 391 sid  ta’ negozju li bejniethom investew mas-60 miljun ewro.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow