Left arrow Mur Lura

INAWGURATI FAĊILITAJIET SPORTIVI ĠODDA FL-ISKOLA PRIMARJA SAN BASTJAN F’ĦAL QORMI

pr2508
Date Icon 14/11/2012

L-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport inawgura faċilitajiet sportivi ġodda fl-Iskola Primarja San Bastjan, Ħal Qormi, f’bitħa li ġiet ikkonvertita f’faċilità multi-purpose biex takkomoda diversi dixxiplini sportivi outdoor fosthom football, basketball u volleyball. Parti mill-bitħa ta’ din l-iskola saret b’art tal-lastiku, li jassigura ambjent sigur għat tfal filwaqt li parti oħra sar fiha pitch 7-a-side bit-turf sintetiku. Saret ukoll area dedikata għat-tfal tal-kindergarten. 

Is-Segretarju Parlamentari qal li dan l-investiment jingħaqad ukoll ma’ faċilitajiet sportivi li saru fi skejjel primarji oħra u ma’ dak fl-iskejjel sekondarji tal-Kulleġġ San Injazju f’Tal-Ħandaq fejn hemm grawnd tal-football u trakka tal-atletika. F’Tal-Ħandaq bħalissa qed isir żvilupp f’żewġ nissan huts biex jigu ittrasformati f’indoor sports halls u ftit tal-ġimgħat ilu kienu sottomessi l-pjanti lill-MEPA biex jinbena kumpless sportiv ġdid simili għal dak f’Ħal Kirkop.

Puli qal li il-Gvern qed jibni skola ġdida kull sena b’investiment ta’ €33 miljun, li €7 miljun minnhom marru għall-bini ta’ faċilitajiet sportivi f’dawn l-iskejjel. Dan l-investiment qed isir għaliex il-Gvern jemmen fil-benefiċċji tal-isport għall-iżvilupp sħiħ tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. 

Huwa tenna li l-iskejjel llum saru wkoll ċentri għall-komunità wara l-ħinijiet tal-iskola, biex b’hekk qed jiġi mmassimizzat l-investiment li jsir. Diversi għaqdiet u membri tal-pubbliku qed jagħmlu użu regolari minn dawn il-faċilitajiet sportivi wara l-ħin tal-iskola.

Għaċ-ċerimonja kien hemm preżenti il-Prinċipal tal-Kulleġġ Horace Caruana, il-Kap tal-Iskola, l-għalliema kif ukoll studenti u ġenituri. Is-Segretarju Parlamentari ġie milqugħ fl-iskola mill-President tal-Kunsill tal-Istudenti Clive Camilleri.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow