DOKUMENTARJI DWAR L-IBĦRA MALTIN SE JITQASSMU FL-ISKEJJEL
Bħala parti mill-proġett PANACEA, ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt il-progamm Italja-Malta 2007-2013, L-Univserista’ ta’ Malta żviluppat żewġ dokumentarji dwar l-ambjent ta' taħt il-baħar li jinstab fiż-żewġ żoni protetti ta' Dwejra f'Ghawdex u f'Rdum Majjiesa f'Malta.
F'ċerimonja li saret dalgħodu, fl-iskola Sekondarja tas-Subien f'Tas-Sliema, parti mill-Kulleġġ Santa Klara, il-membru parlamentari Francis Zammit Dimech, f’isem il-Ministru tal-Edukazzjoni, ġie ppreżentat minn Dr. Alan Deidun, mill-Istitut ta' l-Oċejanografija (IOI-MOC) fi ħdan l-Universita ta' Malta, b'sitt mitt koppja ta' dan id-dokumentarju biex jitqassmu b'xejn f'kull skola f'Malta u Ghawdex.
Dr. Alan Deidun, executive producer tad-dokumentarji, li nħadmu minn Monolith Limited, saħaq li b'hekk id-dokumentarji jkunu qegħdin jilħqu l-obbjettiv tagħhom li jwasslu l-ġmiel li wieħed isib fl-ibħra Maltin f'kull klassi f'Malta u Għawdex biex irawwmu sens ta' apprezzament fil-ġenerazzjonijiet li telgħin.
Dr. Zammit Dimech esprima l-apprezzament tiegħu għas-sbuħija ta' l-istess dokumentarji li saħaq li għandhom iservu wkoll bħala reklam tajjeb għal Malta mat-turisti li jżuruna għad-diving. Infatti, ż-żewġ dokumentarji diġa’ ġew segwita fuq l-internet minn eluf ta' persuni.
Hu saħaq ukoll fuq l-importanza li Malta tipparteċipa f'dawn il-programmi reġjonali ta' żvilupp.
Barra tliet partners Sqallin u barra l-Universita' ta' Malta, fil-proġett PANACEA hemm ukoll jipparteċipa il-Kunsill Lokali ta' San Lawrenz f'Għawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en