STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
Ir-Realtà dwar id-Dijabete
Huwa verament b’dispjaċir li jiġi nnutat li l-Oppożizzjoni ħatfet l-okkażjoni tal-Jum Dinji dwar id-Dijabete biex tferrex aktar negattività. Filwaqt li n-negattività hija sinonima mal-Malta Labour Party, il-Ministeru ma jistax ma jinnutax li akkost ta’ stqarrija negattiva, issa l-Oppożizzjoni lanqas ma qed tipprova tinforma ruħha dwar dak li għaddej fil qasam tas-saħħa.
Ir-realtà hija din:
Kif kien imħabbar fil-mezzi tax-xandir, il-Gvern żviluppa strateġija nazzjonali magħrufa bħala “Noncommunicable Disease Strategy”, li fiha tinkorpora l-kundizzjonijiet bħall-obeżità li żżid ir-riskji li persuna jkollha d-dijabete, u kundizzjonijiet oħra bħad-dijabete.
Dan illum issarraf f’aktar professjonisti mħarrġa speċifikament f’oqsma bħad-dijabete, li jifisser aktar servizzi speċjalizzati għall-pazjent, li llum qiegħed jgħix kwalità ta’ ħajja aħjar.
Fil-fatt illum pajjiżna għandu dak li jissejjaħ Diabetes Shared Care Programme. Permezz ta’ dan il-programm, wara li pazjent ikun iltaqa’ mal-konsulent u jkun ġie kkonfermat li għandu d-dijabete, jirċievi kura għall-kundizzjoni tiegħu fil-komunità. Dan ifisser li tnaqqas drastikament il-waiting time ta’ pazjenti mill-Isptar Mater Dei biex jiltaqgħu mal-konsulent għal diversi drabi minħabba l-fatt li l-pazjent qiegħed jingħata servizz aktar personali direttament fil-komunità tiegħu. Barraminnhekk qed tingħata kura aktar ħolistika hekk kif qiegħed isir screening taċ-ċirkolazzjoni fis-saqajn u anke fl-għajnejn. Il-Pazjenti qed jingħataw ukoll appuntament annwali ma’ speċjalista sabiex ikun żgurat li l-kundizzjoni qed tinżamm taħt kontroll matul is-sena.
Bħala parti min-Noncommunicable Disease Strategy saru wkoll studji serji permezz ta’ riċerka mid-Dipartiment tas-Saħħa bl-iskop li ikollna l-aktar informazzjoni aġġornata dwar l-inċidenza u l-prevalenza tad-dijabete f’pajjiżna.
Sar investiment serju f’kampanji ta’ edukazzjoni u għarfien bi skop ta’ prevenzjoni primarja u sekondarja, biex il-poplu in ġenerali jkun aktar infurmat dwar kif jista’ jevita d-dijabete, imma wkoll kif jgħix bid-dijabete.
Dan kollu irrikjeda l-impenn ta’ mijiet ta’ professjonijisti li ta kuljum jagħmlu l-għalmu tagħhom għall-ġid tal-pazjent. Il-Ministeru jieħu din l-okkażjoni sabiex jirringrazzja lill dawn il-professjonisti f’isem il-pazjenti kollha li qed jiggwadanjaw mill-kontribut tagħhom. Il-Ministeru jirringrazzja ukoll lill-pubbliku tal-parteċipazzjoni fid-diversi inizjattivi li jsiru fil-qasam u jappella għal aktar involviment fil-ġlieda kontinwa kontra id-dijabete.
Stqarrijiet Oħra:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en