Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr2496
Date Icon 13/11/2012

l-Opposizzjoni tagħżel li tibqa gallarija

Jidher ċar li dak li għoġbu jgħid l-Onor Leo Brincat huwa mibni fuq premessa żbaljata. Mhux vera li l-Gvern qatt kien kontra s-solar farms.

Il-Gvern qatt ma kien kontra l-kunċett li jkunu nstallati l-panelli fotovoltajiċi flimkien tant li:
• l-Gvern għaddej bil-proċess biex 67,000 metru kwadru ta’ soqfa ta’ bini pubbliku jinsew b’panelli fotovoltajiċi
• beda l-proċess biex  40,000 metru kwadru oħra ta’ soqfa ta’ bini pubbliku jinksew b’panelli fototvoltajiċi
• ‘l fuq minn 6,000 familja ingħataw għajnuna biex installaw l-panelli fuq il-bjut tagħhom
• Iddaħlet feed-in-tarrif kemm għal familji kif ukoll għan-negozji
• 270 sid ta’ negozju jew fabbrika gawdew bejniethom minn €16-il miljun f’għajnuniet permezz tal-Fondi Ewropej biex jinvestu f’sistemi ta’ enerġija alternattiva u effiċjenti
• Bħala parti mir-riabilitazzjoni tal-miżbla l-magħluqa tal-Qortin il-Gvern qed jaħdem biex jinstalla sistema ta’ panelli fotovoltajiċi fuq medda ta’ 6,000 metru kwadru ta’ art. Hu kkalkulat li joqgħodu mal-2,400 pannella b’kapaċita li jiġġeneraw 850,000 unit ta’ enerġija nadifa.
• Aktar minn 30 binja tal-Gvern li tinkludi skejjel għandha sistema ta’ panelli fotovoltajiċi
• F’pajjiżna llum insibu li 3% tad-djar residenzjali għndhom sistema ta panelli fotovoltajiċi
• F’pajjiżna llum insibu madwar 20MWp panelli fotovoltajiċi irregistrati li minnhom madwar 17MWp se jkunu imqabbdin mas sistema tad-distribuzzjoni sal ahhar tas sena.   

Il-kelliema tal-Gvern, iżda dejjem saħqu li huma favur solar farms, biss għax realisti jaċettaw li minħabba l-qies u d-densita’ tal-popolazzjoni ta’ pajjiżna, mhuwiex possibbli li f’pajjiżna jkollna s-solar farms kbar tad-dimensjoni li kellhom opportunita’ jagħmlu pajjiżi oħra, propju għax għandhom artijiet ferm akbar minn tagħna.

Issa l-Gvern qed jara wkoll li min m’għandux aċċess għal spazju biex jinstalla pannella, dan ikun jista jinvesti f’panelli li se jkunu qed jiġu nstallati f’postijiet pubbliċi. Pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba li kif diġa ntqal is-sub target tal-panelli fotovoltajiċi għas-sena 2012 se jkun inqabeż bl-investiment qawwi li sar u bl-għajnuna ta’ diversi skemi imnehdija mill-Gvern. Pajjiżna se jiġġenera l-enerġija nadifa minn renewal energy mix li tinkludi enerġija mix-xemx, mir-riħ u l-iskart.

Fuq l-enerġija mir-riħ mhux minnu li l-pjan falla. Kif kulħadd jaf il-Gvern għaddej b’aktar studji biex isir dan il-proġett. Tajjeb li l-Onor Brincat ikun ċar u jgħid jaqbilx li jsiru dawn l-istudji dwar il-wind farms f’pajjiżna, inkella hux jipretendi li l-Gvern jinjora l-istudji ambjentali u jimxi biex jinstalla.

l-Onor Brincat għandu jgħid b’mod ċar x’jaħseb hu u l-Partit tiegħu, fuq dawn il-punti ħalli kulħadd jifhem jekk dak li qed jgħidu huwiex kredibbli:

• Jista’ jispjega huwiex favur impjanti bħal dak ta’ Sant’Antnin li jiġġeneraw l-enerġija mill-iskart?
• Jaqbel li mill-iskart noħolqu l-enerġija permezz ta’ teknoloġiji diġa ppruvati f’pajjiżi ewropej bħal Thermal Treatment Plants?
• l-Onor Brincat jaqbel mad-diskors ta’ biża li żera l-Kap tiegħu fil-Baħrija fl-2009 meta qal li t-turbini tar-riħ fuq l-art jagħmlu ħsara lill-ilma tal-pjan?

Qed nagħmlu dawn il-mistoqsijiet għax sa llum l-Opposizzjoni dejjem fixklet il-pjani tal-gvern u lagħbet għall-gallarija. Ir-responsabbilita’ titlob mod ieħor.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow