STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
l-Opposizzjoni tagħżel li tibqa gallarija
Jidher ċar li dak li għoġbu jgħid l-Onor Leo Brincat huwa mibni fuq premessa żbaljata. Mhux vera li l-Gvern qatt kien kontra s-solar farms.
Il-Gvern qatt ma kien kontra l-kunċett li jkunu nstallati l-panelli fotovoltajiċi flimkien tant li:
• l-Gvern għaddej bil-proċess biex 67,000 metru kwadru ta’ soqfa ta’ bini pubbliku jinsew b’panelli fotovoltajiċi
• beda l-proċess biex 40,000 metru kwadru oħra ta’ soqfa ta’ bini pubbliku jinksew b’panelli fototvoltajiċi
• ‘l fuq minn 6,000 familja ingħataw għajnuna biex installaw l-panelli fuq il-bjut tagħhom
• Iddaħlet feed-in-tarrif kemm għal familji kif ukoll għan-negozji
• 270 sid ta’ negozju jew fabbrika gawdew bejniethom minn €16-il miljun f’għajnuniet permezz tal-Fondi Ewropej biex jinvestu f’sistemi ta’ enerġija alternattiva u effiċjenti
• Bħala parti mir-riabilitazzjoni tal-miżbla l-magħluqa tal-Qortin il-Gvern qed jaħdem biex jinstalla sistema ta’ panelli fotovoltajiċi fuq medda ta’ 6,000 metru kwadru ta’ art. Hu kkalkulat li joqgħodu mal-2,400 pannella b’kapaċita li jiġġeneraw 850,000 unit ta’ enerġija nadifa.
• Aktar minn 30 binja tal-Gvern li tinkludi skejjel għandha sistema ta’ panelli fotovoltajiċi
• F’pajjiżna llum insibu li 3% tad-djar residenzjali għndhom sistema ta panelli fotovoltajiċi
• F’pajjiżna llum insibu madwar 20MWp panelli fotovoltajiċi irregistrati li minnhom madwar 17MWp se jkunu imqabbdin mas sistema tad-distribuzzjoni sal ahhar tas sena.
Il-kelliema tal-Gvern, iżda dejjem saħqu li huma favur solar farms, biss għax realisti jaċettaw li minħabba l-qies u d-densita’ tal-popolazzjoni ta’ pajjiżna, mhuwiex possibbli li f’pajjiżna jkollna s-solar farms kbar tad-dimensjoni li kellhom opportunita’ jagħmlu pajjiżi oħra, propju għax għandhom artijiet ferm akbar minn tagħna.
Issa l-Gvern qed jara wkoll li min m’għandux aċċess għal spazju biex jinstalla pannella, dan ikun jista jinvesti f’panelli li se jkunu qed jiġu nstallati f’postijiet pubbliċi. Pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba li kif diġa ntqal is-sub target tal-panelli fotovoltajiċi għas-sena 2012 se jkun inqabeż bl-investiment qawwi li sar u bl-għajnuna ta’ diversi skemi imnehdija mill-Gvern. Pajjiżna se jiġġenera l-enerġija nadifa minn renewal energy mix li tinkludi enerġija mix-xemx, mir-riħ u l-iskart.
Fuq l-enerġija mir-riħ mhux minnu li l-pjan falla. Kif kulħadd jaf il-Gvern għaddej b’aktar studji biex isir dan il-proġett. Tajjeb li l-Onor Brincat ikun ċar u jgħid jaqbilx li jsiru dawn l-istudji dwar il-wind farms f’pajjiżna, inkella hux jipretendi li l-Gvern jinjora l-istudji ambjentali u jimxi biex jinstalla.
l-Onor Brincat għandu jgħid b’mod ċar x’jaħseb hu u l-Partit tiegħu, fuq dawn il-punti ħalli kulħadd jifhem jekk dak li qed jgħidu huwiex kredibbli:
• Jista’ jispjega huwiex favur impjanti bħal dak ta’ Sant’Antnin li jiġġeneraw l-enerġija mill-iskart?
• Jaqbel li mill-iskart noħolqu l-enerġija permezz ta’ teknoloġiji diġa ppruvati f’pajjiżi ewropej bħal Thermal Treatment Plants?
• l-Onor Brincat jaqbel mad-diskors ta’ biża li żera l-Kap tiegħu fil-Baħrija fl-2009 meta qal li t-turbini tar-riħ fuq l-art jagħmlu ħsara lill-ilma tal-pjan?
Qed nagħmlu dawn il-mistoqsijiet għax sa llum l-Opposizzjoni dejjem fixklet il-pjani tal-gvern u lagħbet għall-gallarija. Ir-responsabbilita’ titlob mod ieħor.
Other Press Releases:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en