Left arrow Mur Lura

L-OMMIJIET IMĦEĠĠA BIEX JAGĦŻLU LI JREDDGĦU LIT-TRABI TAGĦHOM

pr2495
Date Icon 13/11/2012

F’Malta, l-Ġimgħa favur it-treddiegħ se tkun ċċelebrata bejn l-10 u s-17 ta’ Novembru 2012 bit-tema ‘Ma hemm xejn aħjar mill-ħalib ta’ ommi’. Minħabba l-istil ta’ ħajja moderna u l-ħajja mgħaġġla ta’ llum, dik li kienet tradizzjoni li jreddgħu lit-tarbi, illum, kull ma jmur dejjem qiegħda terġa tiġi mħeġġa biex aktar nisa jagħżlu li jreddgħu lit-trabi.    

Dan il-messaġġ hu mmirat għal kull mara li sejra ssir omm.  Kull omm trid l-aħjar għat-tarbija tagħha u biex it-treddigħ jirnexxi  hemm bżonn tas-sapport kemm qabel it-tqala kif ukoll wara; mhux biss mill-qraba iżda ukoll mis-soċjeta’. Il-ħalib tal-omm joffri l-aħjar nutrijenti u sustanzi bbilanċjati; waqt li jinbidel skont il-bżonn fl-iżvilupp tat-tarbija! Ma hemm ebda prodott tal-ħalib ieħor li qatt jista’ joffri dan.  Huma ferm magħrufa il-benefiċċji li joffri l-ħalib tal-omm kemm għat-tarbija kif ukoll għall-omm.  It-treddigħ esklussiv fl-ewwel sitt xhur tal-ħajja tat-tarbija, filwaqt li tiżdied hu u jinbeda l-ewwel ikel addattat fil-ħajja tat-tarbija jwassal għal tnaqqis fir-rata ta’ tfal żgħar bil-piż żejjed kif ukoll tnaqqis tal-mard kroniku iktar tard fil-ħajja.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-iSptar Mater Dei, il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Dr Joe qassar qal li statistika lokali dwar ir-rata ta’ treddigħ wara li omm toħroġ mill-isptar hija dik ta 56% (2010, 2011). L-istess statistika turi li 588 tarbija oħra ġew mreddgħa mhux b’mod esklussiv, iġifieri mhux permezz ta breastfeeding biss (NOIS, 2012).

Dr Cassar qal li l-għan ta’ din il-kampanja hu dak li r-rata tat-treddigħ, l-aktar dak esklussiv tiżdied f’Malta. Il-grupp ta professjonisti li huma involuti f’din il-kampanja, qed jaħdem aktar mill-qrib mas-settur privat u mal-professjonisti biex il-messaġġ ikun konsistenti filwaqt li tiżdied l-informazzjoni, l-edukazzjoni u s-servizzi li jiffavorixxu t-treddigħ f’Malta.  Din il-ħidma qed titwettaq bħala parti integrali mill-Istrateġija kontra l-Obeżita’ ta’ Malta.  B’hekk aktar ommijiet jitħeġġu fl-għażla tagħhom favur li jreddgħu t-trabi tagħhom.

Il-Ministru ħabbar ukoll li l-iSptar Mater Dei uffiċċjalment approva Politika li se ser isservi bħala bażi sabiex l-isptar jiġi akkreditat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa bħala Sptar ‘Baby-Friendly’. Din il-politika tinkludi diversi miżuri fosthom pariri u sapport lil ommijiet favur it-treddiegħ, kif ukoll miżuri sabiex jiġu evitati metodi oħra li jfixklu l-proċess tat-treddigħ.

L-iSptar Mater Dei flimkien mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, il-Parencraft u l-Breastfeeding Walk-in clinic inħolqu diversi inizzjattivi għal użu tal-pubbliku bħal:

• Fuljetti għall-ommijiet b’informazzjoni utli biex tkun tista’ treddgħa sew.

• Servizz bla ħlas dwar it-treddiegħ u programmi għan-nanniet fi ħdan is-Servizz tal-Parentcraft ġewwa l-Isptar Mater Dei.

• Kampanji promozzjonali ta’ kull sena f’diversi programmi lokali (radju u televiżjoni) favur it-treddigħ bl-aħħar pariri dwar it-treddigħ u l-introduzzjoni adekwata tal-ewwel ikel minn nies professjonali.

• Riklami l-karozzi tal-linja.

• Seminar li ser isir nhar s-17 ta’ Novembru fil-Lukanda Le’ Meridien f’San {iljan.

Għaldaqstant kull mara tqila hi mħeġġa li tattendi il-programmi edukattivi relatati mat-treddigħ.  Aktar informazzjoni u kopji ta’ fuljetti dwar it-treddigħ u l-introduzzjoni tal-ewwel ikel għat-trabi jistgħu jinkisbu mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard kif ukoll mill-Parencraft u mill- Breastfeeding -Walk in clinic.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow