Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA DWAR IL-KOMPETIZZJONI U AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR

pr2494
Date Icon 13/11/2012

L-Onor. Helena Dalli m’għandhiex il-fatti korretti

B’referenza għall-istqarrija maħruga mill-Onor. Helena Dalli msemmija "Il-Ministru Jason Azzopardi mhux infurmat tajjeb," L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur tixtieq tikkjarifika xi punti.

L-espert li tqabbad mill-Awtorità sabiex dan ikellem lill-ħaddiema fl-20 ta’ Settembru li għadda, kkonferma illi l-preżentazzjoni li huwa ta kienet waħda in ġenerali, li tirrigwarda informazzjoni ġenerali dwar il-preżenza tal-Asbestos u mhux speċifikament fuq il-każ u s-sitwazzjoni li teżisti fil-binja tal-Awtorità. Għalkemm l-espert kien konxju mill-fatt li s-saqaf seta’ ġarrab xi ħsarat fil-maltemp qalil li seħħ fl-ewwel jiem ta’ Settembru,  huwa qal li prima facie jidher li potenzjalment setgħet seħħet xi tip ta’ deterjorazzjoni, iżda fl-ebda mument ma qal li filfatt saret xi deterjorazzjoni.  L-espert qal li l-uniku mod ta’ kif tista tipprova li m’hemmx periklu għall-ħaddiema, huwa permezz ta’ moniteraġġ għall-fibre counts hekk kif indikat fil-liġi  Ir-riżultat tal-moniteraġġ ġie ppubblikat fl-istqarrija maħruġa mill-Awtorità datata 6 ta’ Novembru 2012.

F’dak li jirrigwarda l-moniteraġġ li sar f’Settembru wara l-maltempata li kienet saret, il-kampjun ittieħed fuq medda ta’ erba siegħat fejn l-espert imqabbad mill-Awtorità qagħad attent li jevita ħin fejn is-saqaf kien imxarrab, jew meta ma kien riħ xejn u dan  għaliex it-testijiet iridu jsiru f’kundizzjonijiet stabbli, għaliex f’każ li s-saqaf ikun mxarrab jew ikun hemmn ir-riħ, ir-riżultati tal-moniteraġġ ma jkunux skont il-liġi.

Wieħed irid ukoll jiċċara l-fatt li, l-ħaddiema stess ma xtaqux li l-espert li kien responsabbli għal moniteraġġ ikun preżenti u dan għaliex talbu li dan kellu jkun espert  ieħor differenti minn dak li għamel l-moniteraġġ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow