STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI
pr2493
13/11/2012
B’riferenza għar-rapport li deher nhar il-Ħadd 11 ta’ Novembru 2012 fil-ġurnal Malta Today taħt it-titolu “Malta refused to arrest and extradite US Navy linguist“, l-Avukat Ġenerali li huwa l-awtorita` li lilu jintbagħtu rikjesti għall-estradizzjoni minn awtoritajiet barranin permezz tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt illi ma kien hemm ebda talba għall-arrest u estradizzjoni fir-rigward tal-persuna deskritta fir-rapport, li saret minn xi awtorita` barranija u għalhekk l-istess talba qatt ma setgħet tiġi miċħuda kif qed jiġi rappurtat.
In-nuqqas ta’ tali talba ġie wkoll konfermat mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Stqarrijiet Oħra:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en