Left arrow Mur Lura

FESTA TAL- KOPERATTIVI, L-ORGANIZZAZZJONIJIET U L-GĦAQDIET AGRIKOLI

pr2488
Date Icon 12/11/2012

Il-Ħadd 18 ta’ Novembru Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali se jkun qed ifakkar il-Jum Dinji tal-Ikel ġewwa l-pjazza tal-Għargħur. Għas-sena 2012 it-tema magħżula mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Ikel u l-Agrikultura hija Il-Koperattivi Agrikoli – il-Garanzija tal-Ikel għall-Futur.  Għaldaqstant l-attività se tkun iffukata fuq il-Koperattivi u l-Organizzazzjonijiet u l-Għaqdiet Agrikoli lokali.  Se jkun hemm rappreżentanza tagħhom bi stands varji fejn se jkunu qed jesebixxu l-prodotti li jipproduċu u s-servizzi li joffru lill-pubbliku preżenti.   Fost l-oħrajn nistgħu nsemmu l-Koperattiva ta’ min irabbi l-Majjal, il-Koperattiva Produtturi tal-Ħalib, il-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd, is-Soċjetà Vitikultura Maltija, l-Għaqda Produtturi tal-Fniek,  l-Assoċċjazzjoni tas-Suq tal-Bdiewa, u  oħrajn.

Il-jum se jibda fid-9.00am b’quddiesa ta’ radd il-ħajr bl-għana fil-Knisja Parrokkjali tal-Għargħur.  Wara tibda’ l-attività ġewwa l-Pjazza u Triq San Bartolomew li tibqa’ sejra sal-5.30pm.  In-nies li jattendu se jkunu jistgħu japprezzaw il-ħidma tal-bidwi, tas-sajjied u tar-raħħal waqt li jduqu l-prodotti tagħhom.  Se jkun hemm esibizzjonijiet ta’ bhejjem, ħxejjex u frott, makkinarju agrikolu filwaqt li l-bdiewa u r-raħħala se jkunu qed jispjegaw is-sengħa tagħhom lin-nies preżenti.  Se jkun hemm ukoll wirja ta’ karettuni agrikoli antiki u snajjiet tradizzjonali marbuta mal-agrikultura bħall-insiġ tas-suf u l-qasab li jkunu qed jinħadmu fuq il-post.

Ma jonqosx l-ikel frisk u ġenwin u lokali li se jkun qed jiġi servut fil-post bħal ftira bil-majjal, prodotti tipiċi Maltin bħal għasel, żejt taż-żebbuġa, qubbajt, biskuttini u mqaret.  Dak li jkun jista’ wkoll jagħmel ix-xirja tal-ħaxix, frott frisk  u ħafna prodotti oħra minn hemmhekk.  Matul din l-attività kollha se jkun għaddej programm divertenti ta’ kant u mużika bil-parteċipazzjoni ta’ wħud mill-aqwa talent lokali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow