Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JNIEDI L-IRKANT TAL-ARTI B’RISQ l-ISTRINA

pr2487
Date Icon 12/11/2012

“Grazzi lill-poplu Malti li b’tant ġenerożità qed jikontribwixxi għall-Istrina billi jipparteċipa għall-attivitajiet li qed jiġu organizzati.”  

B’dan il-kliem ta’ ħajr il-President George Abela dalgħodu nieda l-irkant tal-Arti b’risq Istrina 2012 li qed jiġi organizzat għar-raba’ sena konsekuttiva. 62 artist tal-ogħla livell taw waħda mill-aqwa xogħlijiet tagħhom sabiex jiġu irkantati f’dan l-irkant tal-arti bil-qliegħ kollu jmur għall-Malta Community Chest Fund li b’hekk tkun tista’ tkun ta’ benefiċċju għal dawk kollha fil-bżonn. Sostna wkoll li din hija attività oħra fil-kalendarju tal-Presidenza li tippromwovi l-arti u l-artisti Maltin.   

Il-President qal li hemm diversi każijiet li l-MCCF tiltaqa’ magħhom li huma ta’ qtiegħ il-qalb, speċjalment f’każijiet ta’ mard fejn isiru trattamenti barra minn xtutna. Il-President Abela semma’ l-każ taċ-ċkejkna Leah li ftit tal-ġranet ilu iltaqa’ magħha u l-familja tagħha meta kien qed iżur il-morda fl-isptarijiet f’Londra, bħalma jagħmel dejjem f’dan iż-żmien tas-sena. Huwa ħa l-okkażjoni sabiex jawguralha li l-operazzjoni tal-lum ġewwa l-Amerika tkun waħda ta’ suċċess.  

It-tnehdija tal-irkant saret f’waħda mis-swali Statali tal-Palazz il-Belt, fejn bħalissa hemm esebiti il-pitturi u l-iskulturi li ser jiġu irkantati. Il-wirja tibqa’ miftuħa kuljum bejn id-9.00am u l-5.00pm sa nhar il-Erbgħa 21 ta’ Novembru 2012. Fil-messaġġ tagħha, iċ-Chaiperson tal-Kumitat Organizzattiv, is-Sinjura Doris Zahra appellat lill-pubbliku sabiex iżur l-esibizzjoni fil-Palazz il-Belt u jattendi l-irkant immexxi minn Joe Sammut ta’ Belgravia Auction Gallery li se ssir nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Novembru 2012, fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Appellat ukoll lil kumpaniji korporattivi sabiex jipparteċipaw f’dan l-irkant huma wkoll. Filfatt ser tiġi organizzata serata għall-korporattivi sabiex ikollhom iċ-ċans jaraw l-esibizzjoni, waqt li ser ikun irkantat dekanter ġentilment mogħti minn P. Cutajar. 

Ġie ippubblikat katalgu sabiħ li jinkludi ritratt ta’ kull opra tal-arti u informazzjoni dwarha u dwar l-artist. Il-President irringrazzja lid-DOI u l-Istamperija tal-Gvern ta’ dan ix-xogħol tant sabiħ. Il-President Abela kellu wkoll kliem ta’ rikonoxximent għall-artisti u dawk kollha li b’xi mod għenu sabiex dan l-irkant u l-wirja iseħħu.  

Id-dħul fil-Palazz ta’ Sant’Anton huwa permezz ta’ donazzjoni ta’ €25 u minħabba n-nuqqas ta’ spazju, huwa rakkomandat li min jixtieq jattendi jibbukja post fis-sala. Min ma jistax jattendi jista’  jagħmel offerta permezz ta’ bidding form waqt l-esibizzjoni jew jibgħatha bl-email fuq christine.camilleri@gov.mt jew iċempel 21221221, 22053148 jew 99874068. Il-pubbliku huwa wkoll mħeġġeġ jidħol fis-sit tal-MCCF (www.mccf.org.mt) sabiex jara ritratti tal-pitturi u l-iskulturi u d-dettalji dwarhom. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow