Left arrow Go Back

PARTEĊIPAZZJONI DIRETTA TAR-RESIDENTI FIL-ĦIDMA TAĊ-ĊENTRI AĊĊESS

pr2485
Date Icon 12/11/2012

“Iċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra qed jagħti eżempju ċar ta’ kif jistgħu jiġu identifikati l-bżonnijiet partikolari tal-komunità b’mod kreattiv, permezz ta’ diversi proġetti u inizzjattivi li jirrelataw mill-qrib mar-residenti”.  Dan qalu l-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said waqt li kien qed jinawgura esebizzjoni permanenti ta’ fotografija fl-istess ċentru.

L-Onor. Chris Said qal li ċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra qed jilħaq l-iskop tiegħu billi jinvolvi direttament lir-residenti tal-lokalità fl-inizjattivi tiegħu, u l-wirja fotografika hija xhieda ħajja ta’ dan.  L-istallazzjoni ta’ fotografija hija parti mill-proġett li l-istess ċentru rebaħ mill-Premju tal-President għall-Kreatività.

Il-proġett, bl-isem ta’ “Focus on Our Concerns” ta l-opportunità liż-żgħażagħ isemmgħu leħinhom permezz tal-arti tal-fotografija. Flimkien mal-ħaddiema taċ-Ċentru, is-servizz tal-Komunità fil-Qawra u l-artista Elisa Von Brockdorf, iż-żgħażagħ ħadmu flimkien biex identifikaw liema huma dawk it-temi li l-aktar li jikkonċernawhom fil-komunità ta’ San Pawl il-Baħar.

Il-parteċipanti mbagħad ġibdu ritratti artistiċi ta’ dawn it-temi bil-għan li jwasslu diversi messaġġi lill-kumplament tal-komunità. Ir-ritratti, apparti li gew pubblikati fuq flyers li tqassmu f’kull residenza ta’ San Pawl il-Baħar, se jibqgħu esebiti b’mod permanenti fiċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra.

Il-Ministru Chris Said feraħ liċ-Ċentru Aċċess għall-impenn kbir li qed jieħu bil-għan li jkompli jsaħħaħ is-sens ta’ komunità fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar. Huwa qal li permezz tax-xogħol tiegħu ċ-Ċentru qed jirnexxielu jibdel l-isfidi li tiffaċċja komunità mzżwqa b’nazzjonalitajiet differenti u mimlija diversità  f’opportunitajiet konkreti. Opportunitajiet li permezz tagħhom aktar persuni qed iħossuhom parti integrali mill-komunità u qed jikontribwixxu favur soċjetà aktar b’saħħitha anki fid-diversità tagħha.

Il-Ministru Said qal li l-missjoni taċ-Ċentri Aċċess hi li permezz ta’ professjonisti f’numru ta’ oqsma, dawn jippromwovu l-kollaborazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-komunità biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti.  Biex dan ikun jista’ jseħħ Chris Said qal li matul l-aħħar snin kienu impjegati aktar social workers u community workers tal-Agenzija Appoġġ. 

Huwa qal li s-sena li għaddiet aktar minn 17,000 persuna ħadu xi servizz tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali minn tlett Ċentri Aċċess eżisteni.  Dan minbarra eluf oħrajn li ħadu servizzi oħra offruti fiċ-ċentri.

F’Ottubru li għadda il-Gvern fetaħ ir-raba’ Ċentru Aċċess li jinsab fl-Imsida, u fix-xhur li ġejjin se jinfetħu żewġ ċentri oħra, wieħed f’Birkirkara u l-ieħor f’Għawdex.  Bħaċ-ċentri l-oħra, dawn se jkunu qed joffru servizzi mhux biss tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, iżda wkoll ta’ Dipartimenti u entitajiet oħra bħall-Awtorità tad-Djar, l-ETC, l-Agenzija Żgħażagħ u l-Agenzija Appoġġ.

Il-manager taċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra Martin Chetctui, ta informazzjoni dwar proġett ġdid li l-istess ċentru ser ikun qed iniedi fil-ġranet li ġejjin bil-għan li joffri opportunità konkreta lir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar li huma gejjin minn pajjiżi differenti biex jintegraw aktar flimkien.

Dan il-proġett, li ukoll huwa finanzjat mill-Premju tal-President għall-Kreattività, se jikkonsisti f’Villaġġ tal-Milied quddiem l-istess ċentru bejn l-14 u 16 ta’ Diċembru fejn se jsiru diversi attivitajiet soċjali, kulturali u sportivi. 

Dan kollu ser ikun qed isir bil-parteċipazzjoni diretta tar-residenti u, fost l-oħrajn, bl-involviment dirett tal-klabb tar-wrestling u self defence tal-Qawra, l-organizzazjoni Feel @ Home u r-Russian Boarding School.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow