INAWGURATA SHOOTING RANGE ĠDIDA FIN-NADUR
Il-Ministru tal-Gustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u Familja, Onor. Chris Said, inawgura shooting range ġdida fil-lokalità tan-Nadur biex hekk mhux biss komplew jiżdiedu l-faċilitajiet sportivi fil-Gżira Għawdxija, iżda kiber ukoll il-lok għal diversifikazzjoni fl-isport f’Għawdex.
Din ir-range, li toffri faċiltajiet għal tactical shooting u competitive shooting hija proġett ta’ organizazzjoni ġdida li ġġib l-isem ta’ “Gun Blast Shooting Range”. Din l-organizazzjoni wettqet dan il-proġett sabiex toffri l-possibilità lil aktar dilettanti jippratikaw l-isport tat-target shooting.
L-organizazzjoni hija awtorizzata biex toffri taħrig fl-isparar u biex torganizza kompetizzjonijet f’din id-dixxiplina kemm fuq livell lokali u kif ukoll fuq livell nazzjonali.
L-għan ewlieni tal-organizazzjoni hu li tippromovi u tiżviluppa l-isport tal-isparar fl-pajjiż għax temmen li dan huwa sport li jista’ jiġi prattikat minn persuni ta’ kull età. Biex tagħmel dan il-Gun Blast Shooting Range għandha instructors kwalifikati li se jmexxu korsijiet fuq pistol safety, pistol parts and operation, shooting fundamentals, munizzjon, u ħiliet biex wieħed juża pistola.
Il-Ministru Chris Said qal li permezz ta’ din l-inizzjattiva il-Gun Blast Shooting Range mhux biss qed tgħin biex Għawdex ikollu aktar faċilitajiet sportivi, iżda biex ikun hemm aktar edukazzjoni dwar dixxiplina sportiva li meta mhux kontrollata tista’ tkun perikoluża. Huwa kompla li, ghall-kuntrarju, meta din id-dixxiplina sportiva tkun kontrollata u prattikata f’ambjent apposta, u mħarsa min-nies professjonali, isservi ta’ żvog għal ħafna dilettanti li huwa diffiċli jsibu fejn jipprartikaw dan l-isport.
Chris Said qal li dixxiplini oħra tal-isparar ġabu suċċess kbir għal Malta anki fuq livell internazzjonali u awgura li xi darba, id-dixxiplini prattikati f’din ir-range, ukoll jagħmlu isem għal pajjizna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en