DISKORS KONFERENZA MIL-ONOR. MINISTRU TAL-GUSTIZZJA, DJALODU U L-FAMILJA DR. CHRIS SAID DWAR IL-FOSTER CARERS
Sinjuri,
Huwa ta’ pjacir kbir ghalia li nkun qieghed maghkom hawn illum ghax nemmen bis-shih li flimkien qed nirrispondu ghal sfida iportanti hafna.
Nemmen u konvint li l-esperjenza tal-fostering qed tirrispondi ghal sfida- sfida li jiffaccjaw numru tat-tfal fis-socjeta taghna llum- sfida li kull darba li nirbhuha inkunu qed naghtu cans gdid u hajja gdida lil dawn it-tfal.
Ghal ragunijiet varjij numru ta’ tfal ikollhom jinfirdu min mal-genituri taghhom u jesperjenzaw trobbija barra mill-familja bijologika taghhom.
Din il-firda hafna drabi tkun trawmatika, imma l-esperjenza li intom qed taghtu lil dawn il-minuri hija unika u tghin mhux ftit biex tigi miggielda din it-trawma.
L-esperjenza li qed tinghata lil dawn it-tfal hija importanti hafna ghall-izvilupp taghhom, u kull min jidhol biex biex jaghti fostering qed jaghti hajja gdida u futur lil min haseb li ma kellux.
L-esperjenza tal-fostering f'Malta bdiet ftit tas-snin ilu pero'.llum Malta hija l-uniku pajjiz fl-Ewropa li kabbar in-numru ta' tfal u zghazagh fil-fostering b'aktar minn tlett darbiet.- Minn 29 fis-sena 1996 ghal 265 fl-2012.
Niehu gost nghid ukoll li llum ghandna aktar minn 200 familja li qed joffru fostering
Barra minn hekk tnaqqas in-numru ta' tfal li qabel kienu jittrabbew fl-istituti tal-Knisja specjalment dak tal-Creche f'tas-Sliema. Dan ifisser li llum it-trabi jibdew jittrabbew mill-ewwel minn foster families u mhux f’instituzzjoni. Dan huwa progress kbir u hija sistema li tirrispondi ghall-bzonnijiet tat-tfal kif qed jirrakkomandaw ricerki fuq l-izvilupp tat-tfal.
Zviluppi ohra li saru f'dan il-qasam jinkludi tahrig inizjali u kontinwu ghal foster carers kif fil-fatt hija din il-konferenza, li hija parti mit-tahrig kontinwu.
L-istess jista’ jinghad ghas-sapport li jinghata mill-foster care team lill-foster carers fejn kull foster care family qed tigi segwita minn social worker min dan it-team.
Xoghol iehor li qed isir hija il-kampanja ta' gharfien dwar il-fostering biex jigu mhajra aktar familji jidhlu ghal din il-missjoni. Illum ghandna wkoll l-Assoccjazzjoni tal-Foster Carers, li ghal dawn l-ahhar snin hadmet bla heda ghall-izvilupp tal-fostering f'Malta.
Il-Gvern ukoll irid jaghmel il-parti tieghu f’dan il-qasam, u fis-sena 2003 gie introdott il-beneficcju tac-child in care fejn il-familji li joffru fostering jircievu beneficcju ta’ Eur70 fil-gimgha ghal kull tifel jew tifla – dan hu beneficcju li fl-ahhar snin zdied b’75%.
Dan il-beneficcju, li hu oghla mill-oghla rata tac-Childrens’s Allowance, mhux mahsub bhala hlas, imma bhala turija zghira ta' apprezzament lejn ix-xoghol kbir li qed taghmlu intom.
Fis-sena 2006 gew stabbiliti standards biex iservu ta’ linji gwida ghal tfal li jitrabbew barra mill-familja.
Din is-sena dahhalna l-iSpecialised Home-Based Care Service (SHBC), li jifforma parti mill-programm Out of Home Care li twaqqaf dan l-ahhar.
L-SHBC huwa mahsub sabiex jaghti opportunità lil dawk it-tfal u zghazagh li ghandhom bzonnijiet partikolari u li, sal-lum, ghadhom ma gewx akkomodati f’fostering mainstream jew facilitajiet residenzjali, sabiex ikollhom lil xi hadd li jiehu hsiebhom f’ambjent familjari; jew ghal dawk li ga ghandhom lil xi hadd jiehu hsiebhom izda jehtiegu appogg addizzjonali, l-appogg mehtieg biex jilhqu l-bzonnijiet taghhom.
L-SHBC igib mieghu:
• €3,360 b’zieda mal-Beneficcju Chlid in Care ghal total ta’ €7,000 ghal kull tifel, kull sena, jekk il-htigijiet ta’ specialised placement huma bazici;
u,
• €6,360 b’zieda mal-Beneficcju Child in Care ghal total ta’ €10,000 ghal kull tifel, kull sena, jekk il-htigijiet ta’ specialised placement huma aktar partikolari.
Fis-sena 2007 kellna wkoll it-tnehdija tal-ligi tal-Foster Care. Din gabet maghha zviluppi godda u llum, wara hames snin, wasalna biex isiru emendi halli jigu imharsa aktar il-bzonnijiet u l-istabilita' fil-hajja ta' kull tifel jew tifla fil-fostering.
Fid-dokument ta’ qabel il-budget ghall-2103 il-Gvern ga qed jiddikkjara li lest jirrevedi l-appogg finanzjarju li huwa offrut permezz tal-beneficcju Child in Care, filwaqt li se jibda diskussjonijiet ma’ dawk kollha involuti dwar strategija ghall-izvilupp tas-servizzi ghal tfal barra minn djar tal-kura.
Il-gvern huwa kommess ukoll li jistudja l-proposti mressqa mill-Assoccjazzjoni Nazzjonali ghall-Foster Care bil-ghan li jidentifika il-passi li jmiss biex jincentiva izjed familji joffru fostering lit-tfal.
Dan ukoll ifisser li ghandna nisimghu aktar lil min garrab din l-esperjenza, jigifieri li naghtu aktar cans il-partecipazzjoni tat-tfal u zghazagh meta nigu biex niehdu decizjonijiet li ser jaffetwaw il-hajja taghhom.
Naf ukoll li fi hdan it-team tal-Foster Care qed isiru aktar pjani biex ikompli jissahhah dan is-settur, fosthom permezz ta’ zvilupp ta' aktar tahrig ghall-adulti u ghat-tfal tal-foster carers, komunikazzjoni ahjar bejn il-foster carers, kampanja intensiva dwar il-fostering, u nibqghu nippruvaw innaqsu in-numru ta' tfal li qed jghixu fl-instituzzjonijiet.
Ir-rizultati li kellna f'dawn l-ahhar snin huma nkoragganti hafna imma issa rridu nkunu determinati biex nahdmu aktar u dak li bdejna ftit snin ilu ikompli jaghti l-frott.
Nirringrazzja minn qalbi lill-foster carers li tant qed jaghmlu gid lis-socjeta’ taghna f’qasam li ma tista’ ssejjahlu xejn ghajr nobbli…
Nirringrazzja wkoll lill-Agenzija Appogg li toffri ghadd ta’ servizzi b’xejn- bhal:
(i) tahrig kontinwu,
(ii) social worker ma’ kull tifel,
(iii) assistenza psikologika ghat-tfal,
(iv) assistenza fil-htigijiet bazici tat0tfal permezz tac-Children’s Fund
(v) u librerija ghar-referenza tal-foster carers.
Nirringrazzja wkoll lill-haddiema socjali kollha li jahdmu f'dan il-qasam u lill-Assoccjazzjoni Nazzjonali ghall-Foster Care, u nweghdkom li l-Gvern se jkun dejjem warajkom biex flimkien inkomplu nwettqu dan il-gid.
Fl-ahhar imma mhux l-anqas nirringrazzja lill-Ufficcju tal-Kumissarju tat-Tfal li ghin mhux ftit biex tkun tista’ ssir din il-konferenza.
Other Press Releases:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en