STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL
Is-Sillabu tar-Reliġjon tas-Sitt Klassi
B’riferenza għal stqarrija maħruga mill-Malta Union of Teachers fejn intqal li numru ta’ Għalliema tar-Reliġjon tas-Sitt Klassi urew tħassib dwar is-sillabus ta’ dan is-suġġett, il-Ministeru tal-Edukazzjoni jrid jinnota li għalkemm hu minnu li s-Segretarjat tal-Katakeżi tal-Kurja hu primarjament responsabbli għas-sillabu u l-kotba tat-tagħlim tar-Reliġjon fl-iskejjel, id-Direttorat tal-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni jagħti l-kontribut tiegħu fl-iżvilupp ta’ dawn is-sillabi permezz ta’ għalliema tiegħu.
Sfortunatament, id-dewmien biex ikun pubblikat il-Workbook tar-Reliġjon tas-Sitt Klassi, ħoloq diffikultajiet li ma kinux previsti. Iżda biex dan ma jkollux effett negattiv u biex iserraħ ras dawk kollha konċernati, id-Direttorat ħareġ sillabu “ad hoc” għall-eżamijiet ta’ din is-sena biss u ġie provdut materjal biex jintuża mill-għalliema u l-istudenti.
Id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni qiegħed f’diskussjonijiet mal-Kurja biex ikun assigurat li l-kotba u t-tagħlim tar-Reliġjon fl-iskejjel isiru b’mod li jkunu rilevanti u jipprovdu esperjenza formattiva pożittiva lill-istudenti.
Other Press Releases:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en