STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Spjegazzjoni li ta l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment għal mistoqsija tal-ġurnalista ta’ One News dalgħodu
Il-Ministru Tonio Fenech mistoqsi mill-ġurnalista ta’ One News dwar il-kumpanija Brażiljana li fetħet f’Malta spjega li “fi żmien il-kriżi tal-Libja ħafna kumpaniji għaddew minn Malta biex marru lura pajjiżhom wara r-rivoluzzjoni fil-Libja. Din il-kumpanija għażlet li tibda topera f’pajjiżna għaliex kellha prospetti illi se tibqa’ miexja effettivament bl-operazzjoni tagħha fil-Libja. Il-kumpanija fetħet f’Malta u kien hemm mumenti meta kienet timpjega 35 ruħ.
Sfortunatament is-sitwazzjoni fil-Libja ma tjibitx u allura din il-kumpanija għażlet li la l-kuntratti li kellha ma tistax tkomplihom, għażlet li ma tkomplix f’pajjiżna.”
Il-Ministru Tonio Fenech kompla jgħid li fl-aħħar 4 snin kellna 10,000 kumpanija ġew reġistrati f’pajjiżna, 55% minnhom b’investiment barrani. Hu spjega wkoll żdied ukoll l-investiment fil-fabbriki tant li 160 fabbrika ddeċidew li jiftħu jew jespandu f’Malta b’investiment ta’ €350 miljun.
Stqarrijiet Oħra:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en