Left arrow Mur Lura

IS-SINJURA MARGARET ABELA TNIEDI L-PROGRAMM DIVERTENTI TA’ AVVENIMENTI B’RISQ L-ISTRINA FIL-CAVALIERI HOTEL

pr2463
Date Icon 09/11/2012

“Wara s-suċċess tal-maratona tas-sena li għaddiet għall-kampanja ta’ L-Istrina mill-Qalb 2011 li saret fuq medda ta’ disat ijiem, il-Cavalieri Hotel għal darba oħra ser ikun qiegħed jipprovdi l-post tiegħu għall-programm tal-24 avveniment matul Novembru fejn il-flus li jinġabru jingħataw għall-edizzjoni ta’ L-Istrina ta’ din is-sena. L-avvenimenti, li ser isiru fil-Cavalieri Hotel kif ukoll f’postijiet oħra f’Malta, ser jibdew nhar il-Ġimgħa filgħaxija, 16 ta’ Novembru u jintemmu nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Novembru 2012 bi prestazzjoni live minn Zoo Entertainment fl-Awditorju Parrokkjali ta’ Ħ’Attard.” Dan tħabbar minn Mark Camilleri, il-Maniġer Ġenerali tal-Cavalieri Hotel waqt it-tnedija uffiċjali tal-programm tal-avvenimenti, li kien presedut mis-Sinjura Margaret Abela, id-Deputy Chairperson tal-Malta Community Chest Fund (MCCF).

Is-Sinjura Abela irringrazzjat lill-maniġment u lill-impjegati tal-Cavalieri Hotel talli ħadu din l-inizjattiva. Qalet li l-Malta Community Chest Fund f’dan iż-żmien tas-sena tkun qed torganizza varjetà kbira ta’ avvenimenti biex tiġbor il-fondi għall-akbar avveniment filantropiku ta’ Malta, u għalhek hija xi ħaġa ta’ inkoraġġiment għall-MCCF li tara lil kumpaniji bħall-Cavalieri Hotel jieħdu din l-inizjattiva u jorganizzaw l-avvenimenti tagħhom stess flimkien mal- MCCF.

Is-Sur Camilleri qal li “L-organizzazzjoni ta’ din il-maratona hija parti mill-impenn tal-maniġment u tal-impjegati tal-Cavalieri Hotel biex jikkontribwixxu għal din il-kawża tant denja maħsuba biex ittaffi t-tbatija li jaffaċċjaw membri tal-komunità Maltija. Nixtiequ nirringrazzjaw lill-personalitajiet, ’l-artisti u ’l-organizzaturi kollha li emmnu f’din il-kawża u li qed joffru l-ħin tagħhom mingħajr ħlas biex jorganizzaw dan il-programm ta’ avvenimenti. Dawn jinkludu Zoo Entertainment, personalitajiet u bands live li mingħajr l-appoġġ tagħhom ma stajniex norganizzaw programm tal-avvenimenti hekk varjat.

Is-Sur Camillieri żied jgħid li “matul it-tħejjija għall-programm ta’ din is-sena, għamilna l-almu tagħna biex nagħżlu attivitajiet differenti mmirati għal gruppi tal-udjenza ta’ etajiet differenti. L-24 avveniment li ser isiru fuq medda ta’ aktar minn ġimagħtejn jinkludu futbol, għawm, tug of war, open bus tour, festivals tal-birra u l-inbid, kompetizzjonijiet tal-cocktails, bands live, mixi mal-annimali li tiġi segwita mit-tberik tal-annimali, cycling u prestazzjoni live performance minn Zoo Entertainment. Il-maratona hija miftuħa għall-familji kollha Maltin u Għawdxin li jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw f’wieħed jew aktar minn dawn l-avvenimenti. Il-fondi ser jinġabru permezz ta’ ħlas għall-parteċipazzjoni u dawn il-flus ser imorru għall-Malta Community Chest Fund u jiżdiedu mal-fondi totali ta’ L-istrina mill-Qalb 2012.”

Wara t-tnedija kien hemm previżjoni ta’ wħud mill-attivitajiet li ser ikun hemm matul dan l-avveniment tal-ġbir ta’ fondi. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow