Left arrow Go Back

INAWGURATI FAĊILITAJIET SPORTIVI FIL-JUNIOR COLLEGE

pr2456
Date Icon 09/11/2012

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina inawgurat faċilitajiet sportivi ġodda fil-Junior College, b’investiment ta’ aktar minn €500,000.

Għall-inawgurazzjoni kienu preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli, ir-Rettur tal-Università Juanito Camilleri u l-Pro Rettur Mary Ann Lauri u l-Prinċipal tal-Junior College, Joe Sciriha.

F’diskors qasir li għamel is-Segretarju Parlamentari responsabbli miż-Żgħażagħ u l-Isport Clyde Puli, saħaq li matul din il-leġiżlatura l-Gvern għamel 34 grawnd tal-football ġdid, bil-għan li aktar tfal u żgħażagħ jersqu lejn l-isport u l-attività fiżika bħala parti mill-istil ta’ ħajja tagħhom.

Clyde Puli qal li l-Gvern qed jinvesti wkoll f’faċilitajiet sportivi fl-iskejjel u f’istituzzjonijiet edukattivi oħra tal-istat għaliex jemmen fil-valuri tal-isport. Hu qal li f’dawn l-aħħar 4 snin il-Gvern investa mat-€33 miljun fi skejjel ġodda li €7 miljun minnhom kienu f’faċilitajiet sportivi. 

Is-Segretarju Parlamentari tenna li l-isport huwa forma oħra ta’ divertiment għaż-żgħażagħ u fl-istess ħin jgħin liż-żgħażagħ fil-formazzjoni tal-karattru u l-iżvilupp ħolistiku tagħhom.

Il-Ministru Cristina qalet li l-investimetn kbir fil-qasam sportiv hu maħsub biex barra milli jippromwovu l-isport bħala valur fih innifsu, joffri opportunità lill-pubbliku biex juża dawn is-servizzi anke għall-ġid tiegħu nnifsu u jgħix ħajja aktar b’saħħtiha.

Irridu nagħtu importanza lill-isport sa minn età żgħira.  Għalhekk fl-iskejjel tagħna qed nibnu faċilitajiet sportivi u se nagħtu importanza akbar lill-edukazzjoni fiżika u l-isport fil-kurrikulu nazzjonali. 

Is-sistema edukattiva tagħna qed nibdluha biex tiżviluppa l-potenzjal kollu tat-tfal tagħna u tagħmilhom ċittadini tajbin u b’saħħtihom. Hemm tfal li għandhom talenti oħra, fosthom talenti fl-isport li rridu ngħinuhom ikompli jiżviluppawhom.

Biex inkomplu nħajru aktar persuni jieħdu l-isport b’aktar serjetà f’Ottubru nfetħet Skola tal-Isport li l-istudenti li jmorru fiha barra t-tagħlim akkademiku għandhom ħin aktar dedikata għall-prattika tal-isport.

Il-Gvern introduċa wkoll Boroż ta’ Studju fl-Isport u din is-sena ngħataw 14-il scholarship lil min irid ikompli jistudja f’dan il-qasam jew jipperfezzjona f’xi dixxiplina sportiva.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol qalet li l-faċilitajiet sportivi fil-Junior College jagħtu lok għal prattika ta’ diversi dixxiplini sportivi. 

Il-Gvern hu impenjat li jkompli jinvesti fl-isport għax jemmen li dan hu investiment biex ikollna pajjiż b’saħħtu. Il-Ministru awgurat li dawn il- faċilitajiet sportivi jitgawdew kemm jista’ jkun billi jsir użu għaqli minnhom u jservu biex aktar persuni li jagħżlu stil ta’ ħajja b’saħħitha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow