STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
Kjarifika dwar l-iskema ta’ waqfien permanenti għall-bastimenti tat-tonn
Fuq parir tas-Superintendenza tal-Patrimonju Kulturali, fid-dawl tal-fatt li numru ta’ bastimenti jista’ jkollhom valur storiku, kulturali etnografiku jew folkloristiku, il-bastimenti li l-applikant tagħhom kellu fl-intent tiegħu li jitkissru se jkunu qed jinżammu mill-gvern bil-għan li jsir eżerċizzju li jiddetermina l-eżistenza jew le ta’ dan il-valur msemmi hawn fuq.
Il-linji gwida jagħżlu bejn tlett possibiltajiet: it-tkissir ta’ bastiment skont artiklu 4.1, l-assenjar tal-bastiment għal użu marittimu ieħor taħt bandiera ta’ Stat Membru u r-reġistrazzjoni tal-bastiment fil-Komunità għal attivitajiet barra s-sajd skont artiklu 4.2, jew l-assenjar mill-ġdid tal-bastiment għall-fini tal-ħolqien ta’ skollijiet artifiċjali skont artiklu 4.3.
Artiklu 4.1 jistabbilixxi li « it-tkissir tal-bastiment ifisser illi l-liċenzja tas-sajd tiġi kkanċellata għal dejjem u l-bastiment partikolari jiġi mħassar b’mod permanenti mir-reġistru tal-bastimenti tal-Komunità ». Dan se jkun qed iseħħ ipso facto hekk kif il-bastiment jiġi mgħoddi f’idejn il-gvern biex issir l-evalwazzjoni imsemmija iktar il-fuq u permezz ta’ dan il-proċess, is-sid tal-bastiment se jkun qed iċedi kull jedd fuq l-istess bastiment, liema jedd jgħaddi f’idejn il-gvern. Il-gvern se jkun qed jimpenja ruħu li l-bastiment b’valur mhux se jkun qed jiġi użat għal użi marittimi.
Minbarra dan, id-data tal-għeluq tas-sejħa se tkun qed tiġi estiża minn għada l-Ġimgħa 9 ta’ Novembru għal nhar it-Tlieta 13 ta’ Novembru biex tiffaċilita l-applikazzjonijiet minn sajjieda interessati.
Stqarrijiet Oħra:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en