Left arrow Mur Lura

PREŻENTAZZJONI TA’ GĦAJNUNA FINANZJARJA LIŻ-ŻEWĠ TEATRI TAL-BELT VICTORIA

pr2452
Date Icon 09/11/2012

Waqt laqgħa mal-presidenti taż-żewġ soċjetajiet filarmoniċi tal-belt Victoria, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, ippreżentat għajnuna finanzjarja indirizzata speċifikament biex tgħin lis-soċjetajiet tal-Banda Leone u l-Banda La Stella ikopru parti mill-ispejjeż marbuta mar-rappreżentazzjonijiet operistiċi li ġew imtellgħa fiż-żewġ teatri rispettivi f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Għal sena oħra ż-żewġ teatri ppreżentaw żewġ opri liriċi b’rappreżentazzjonijiet li għalihom attendew għadd kbir ta’ Maltin u barranin flimkien ma’ bosta Għawdxin. Fit-teatru Aurora ġiet imtellgħa l-opra Turandot filwaqt li fit-teatru Astra ttellgħet l-opra Madama Butterfly. Il-Ministru għal Għawdex fissret kif dawn l-opri komplew ikabbru l-prestiġju taż-żewġ teatri, li minn sena għall-oħra dejjem ippreżentaw b’suċċess rappreżentazzjonijiet ta’ livell għoli li komplew  jiġu mtejba biex kull sena irnexxielhom joffru spettakli mill-isbaħ. ‘Il-Gvern jirrikonoxxi l-kontribut siewi tas-soċjetajiet tagħkom fit-tisħiħ tal-prodott turistiku Għawdxi b’attivitajiet li jsaħħu l-valur ta’ Għawdex bħala destinazzjoni kulturali’ qalet il-Ministru Debono. Hija fissret kif f’dawn l-aħħar snin il-Ministeru għal Għawdex ingħata allokazzjoni speċifika li tkopri l-għajnuna li tingħata lil dawn iż-żewġ teatri b’mod distint minn attivitajiet kulturali oħra.   

Filwaqt li ferħet lil Dr Michael Caruana, President tas-Soċjetà Leone u lis-sur Paul Zammit, President tas-Soċjetà La Stella għal dak li hija sejħet ‘suċċess ieħor li kompla jistabilixxi lil Għawdex bħala attrazzjoni kulturali fil-qasam tal-mużika lirika’ il-Ministru għal Għawdex fissret kif mertu kbir għandu jingħata wkoll lil bosta membri ta’ dawn iż-żewġ soċjetajiet li jaħdmu b’tant ħeġġa b’mod volontarju. Hija esprimiet ukoll sodisfazzjon fir-rigward tal-parteċipazzjoni tat-talent lokali li għal darba oħra ġibed l-ammirazzjoni tal-udjenzi preżenti, filwaqt li fissret kif matul is-snin dawn ir-rappreżentazzjonijiet kienu strumentali fil-ħolqien  ta’ opportunitajiet li nċentivaw ukoll l-iżvilupp kontinwu tat-talent lokali.

Matul l-aħħar sena ż-żewġ teatri bbenefikaw ukoll minn skema tal-Ministeru għal Għawdex għal Għaqdiet mhux Governattivi taħt il-Pjan ta’ Azzjoni ekoGħawdex 2010-2012. Permezz ta’ finanzjament ta’ €50,000 is-Soċjetà Filarmonika Aurora setgħet tagħmel proġett li permezz tiegħu s-saqaf tas-sala tat-teatru Aurora, li kien magħmul mill-asbestos, seta’ jiġi mibdul.  Minn naħa tagħha s-Soċjetà Filarmonika La Stella, li wkoll bbenefikat minn finanzjament ta’ €50,000 wettqet xogħol strutturali u ta’ manutenzjoni fuq il-palk tat-teatru Astra filwaqt li ġie wkoll irreklamat il-festival Mediterranea barra minn Malta. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow