STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Stqarrija bi tweġiba għall-Istqarrija tal-Onor. Karmenu Vella
Ir-rapport tal-Unjoni Ewropea kisser il-wegħda ta’ Dott Muscat li jraħħas it-tariffi tad-dawl u l-ilma u ghalhekk issa l-Onor Karmenu Vella qed jghid affarijiet li mhux minnhom. Filwaqt li ghall-Oppozizzjoni u Dott Muscat l-isfida tal-prezz internazzjonali taz-zejt qisha ma tezistix, il-Kummissjoni Ewropea bl-analizi li ghamlet uriet li l-wegħda ta’ Dott Muscat li jrahhas il-kontijiet ma tistax titwettaq.
Fir-rapport dettaljat tagħha, il-Kummissjoni Ewropea ġibdet l-attenzjoni għall-isfidi kbar li hemm b’rabta mal-prezzijiet taż-żejt, u għalhekk l-impatt li dan jista’ jkollu jew fuq it-tariffi tad-dawl u l-ilma jew fuq in-nefqa tal-Gvern. Innutat ukoll, li ż-żieda fin-nefqa tal-Gvern din is-sena hija riżultat tal-għajnuna li ngħatat lill-Enemalta proprju biex din ma żżidx it-tariffi tad-dawl u l-ilma. Il-Gvern huwa impenjat li jibqa’ jsostni din l-għajnuna biex jassigura li t-tariffi għall-familji, l-industrija u n-negozji ma jogħlewx. Fil-fatt din is-sena l-Gvern qed jghaddi 25 miljun lill-Enemalta biex it-tariffi baqghu l-istess minkejja z-zieda fil-prezz taz-zejt. Il-Gvern ghamel dan ghaliex zamm il-finanzi fis-sod. Din hi l-politika tal-Gvern u hekk jibqa’ jaghmel biex it-tariffi ma jogħlewx minkejja li ghola l-prezz taz-zejt.
Il-Gvern investa f’impjant gdid li se jzid l-efficjenza u b’hekk jonqos il-konsum taz-zejt, li allura tpatti ghaz-zieda fil-prezz taz-zejt. Dan minkejja li l-Oppoizzjoni ghamlet minn kollox biex pajjizna ma jkollux power station gdida u nibqghu nuzaw dik qadima tal-Marsa. Fl-istess waqt il-Gvern se jkompli jghin lil aktar familji jinvestu fl-energija alternattiva kif ghamel sa issa ma’ 12,000 familja li nghataw ghotja finanzjarja biex jixtru PVs, solar waterheaters jew biex ghamlu double glazing.
Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jitkellem kif it-tkabbir ekonomiku f’pajjizna qed jissarraf f’aktar postijiet tax-xogħol ta’ kwalità, f’aktar turiżmu, f’aktar investiment. L-ekonomija Maltija qed tikber b’rata ferm aktar mghaggla minn dik tal-bqija tal-Ewropa. Pajjizna qed johloq aktar xoghol mill-maggoranza tal-pajjizi Ewropej. Ghall-kuntrarju, Cipru li huwa l-mudell li fuqu Dott Muscat kien jimxi kieku kien fil-poter, se jara l-ekonomija tieghu tickien b’aktar minn 2% u l-qghad jitla ghal 12%, jigfieri d-doppju ta’ Malta.
Iżda l-aqwa benefiċċju ta’ rapport bħal dan jibqa’ li se jagħti prova oħra ċara lil kull investitur li jitħajjar jafda flusu f’pajjiżna li bil-politika li miexi biha l-Gvern se jsib ambjent ekonomiku u finanzjarju stabbli. Din hija aħbar mill-aqwa għall-familji Maltin u Għawdxin għax issaħħaħ il-prospetti li nigbdu lejn xtutna aktar xogħol ta’ kwalità b’pagi tajbin,.
Sfortunatament, jidher li dan l-Oppożizzjoni dan ma tridux, u tipprova timmiżinforma u taqta’ qalb kulhadd. B’dan il-mod, qed tkun ta’ ħsara għas-sid tan-negozju u l-ħaddiema, u l-familji tagħhom.
Il-Partit Laburista huwa żbaljat ukoll dwar il-bażi li fuqu nbena dan ir-rapport. Il-Gvern ippreżenta l-istimi finanzjarji li fuqhom qed jipproġġetta li jibni l-Budget 2013. Dawn ġew aċċettati mill-Kummissjoni Ewropea bħala kredibbli u sostenibbli. Madankollu, il-Gvern huwa fil-libertà li jimplimenta l-policies ekonomiċi li jixtieq hu. Il-Gvern żamm din il-libertà għax mexxa politika ekonomika u finanzjarja responsabbli u b’saħħitha, li ngħatat ċertifikat mill-aktar pożittiv mill-Kummissjoni Ewropea.
Stqarrijiet Oħra:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en