Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr2451
Date Icon 08/11/2012

Stqarrija bi tweġiba għall-Istqarrija tal-Onor. Karmenu Vella

Ir-rapport tal-Unjoni Ewropea kisser il-wegħda ta’ Dott Muscat li jraħħas it-tariffi tad-dawl u l-ilma u ghalhekk issa l-Onor Karmenu Vella qed jghid affarijiet li mhux minnhom. Filwaqt li ghall-Oppozizzjoni u Dott Muscat l-isfida tal-prezz internazzjonali taz-zejt qisha ma tezistix, il-Kummissjoni Ewropea bl-analizi li ghamlet uriet li l-wegħda ta’ Dott Muscat li jrahhas il-kontijiet ma tistax titwettaq. 

Fir-rapport dettaljat tagħha, il-Kummissjoni Ewropea ġibdet l-attenzjoni għall-isfidi kbar li hemm b’rabta mal-prezzijiet taż-żejt, u għalhekk l-impatt li dan jista’ jkollu jew fuq it-tariffi tad-dawl u l-ilma jew fuq in-nefqa tal-Gvern.  Innutat ukoll, li ż-żieda fin-nefqa tal-Gvern din is-sena hija riżultat tal-għajnuna li ngħatat lill-Enemalta proprju biex din ma żżidx it-tariffi tad-dawl u l-ilma. Il-Gvern huwa impenjat li jibqa’ jsostni din l-għajnuna biex jassigura li t-tariffi għall-familji, l-industrija u n-negozji ma jogħlewx.  Fil-fatt din is-sena l-Gvern qed jghaddi 25 miljun lill-Enemalta biex it-tariffi baqghu l-istess minkejja z-zieda fil-prezz taz-zejt.   Il-Gvern ghamel dan ghaliex zamm il-finanzi fis-sod.  Din hi l-politika tal-Gvern u hekk jibqa’ jaghmel biex it-tariffi ma jogħlewx minkejja li ghola l-prezz taz-zejt.

Il-Gvern investa f’impjant gdid li se jzid l-efficjenza u b’hekk jonqos il-konsum taz-zejt, li allura tpatti ghaz-zieda fil-prezz taz-zejt. Dan minkejja li l-Oppoizzjoni ghamlet minn kollox biex pajjizna ma jkollux power station gdida u nibqghu nuzaw dik qadima tal-Marsa.  Fl-istess waqt il-Gvern se jkompli jghin lil aktar familji jinvestu fl-energija alternattiva kif ghamel sa issa ma’ 12,000 familja li nghataw ghotja finanzjarja biex jixtru PVs, solar waterheaters jew biex ghamlu double glazing.

Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jitkellem kif it-tkabbir ekonomiku f’pajjizna qed jissarraf f’aktar postijiet tax-xogħol ta’ kwalità, f’aktar turiżmu, f’aktar investiment. L-ekonomija Maltija qed tikber b’rata ferm aktar mghaggla minn dik tal-bqija tal-Ewropa. Pajjizna qed johloq aktar xoghol mill-maggoranza tal-pajjizi Ewropej. Ghall-kuntrarju, Cipru li huwa l-mudell li fuqu Dott Muscat kien jimxi kieku kien fil-poter, se jara l-ekonomija tieghu tickien b’aktar minn 2% u l-qghad jitla ghal 12%, jigfieri d-doppju ta’ Malta.

Iżda l-aqwa benefiċċju ta’ rapport bħal dan jibqa’ li se jagħti prova oħra ċara lil kull investitur li jitħajjar jafda flusu f’pajjiżna li bil-politika li miexi biha l-Gvern se jsib ambjent ekonomiku u finanzjarju stabbli. Din hija aħbar mill-aqwa għall-familji Maltin u Għawdxin għax issaħħaħ il-prospetti li nigbdu lejn xtutna aktar xogħol ta’ kwalità b’pagi tajbin,.

Sfortunatament, jidher li dan l-Oppożizzjoni dan ma tridux, u tipprova timmiżinforma u taqta’ qalb kulhadd. B’dan il-mod, qed tkun ta’ ħsara għas-sid tan-negozju u l-ħaddiema, u l-familji tagħhom.

Il-Partit Laburista huwa żbaljat ukoll dwar il-bażi li fuqu nbena dan ir-rapport. Il-Gvern ippreżenta l-istimi finanzjarji li fuqhom qed jipproġġetta li jibni l-Budget 2013. Dawn ġew aċċettati mill-Kummissjoni Ewropea bħala kredibbli u sostenibbli. Madankollu, il-Gvern huwa fil-libertà li jimplimenta l-policies ekonomiċi li jixtieq hu. Il-Gvern żamm din il-libertà għax mexxa politika ekonomika u finanzjarja responsabbli u b’saħħitha, li ngħatat ċertifikat mill-aktar pożittiv mill-Kummissjoni Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow