Left arrow Mur Lura

KOPERATTIVA MAGĦMULA MINN EX-XUFIERA TA’ TAL-LINJA JINVESTU 3 MILJUN EWRO U JOĦOLQU L-IMPJIEGI

pr2447
Date Icon 08/11/2012

"Il-koperattivi Maltin mhumiex biss fenomenu ekonomiku iżda mudell ta’ intraprenditorjat li huwa mfassal fuq valuri bażiċi tad-demokrazija, ugwaljanza, parteċipazzjoni u solidarjetà. Dawn il-valuri jgħinu lil Gvern sabiex ikompli jinċentiva dan is-settur li tant huwa importanti." Dan qalu l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi dalgħodu, meta kien qed iżur lill-koperattiva Focal Point li hija ffurmata minn ex-xufiera ta’ tal-linja.

Focal point hija koperattiva li ġiet mwaqqfa f’Jannar tal-2011 li toffri servizz ta’ trasport permezz ta’ coaches u mini buses lil diversi skejjel kif ukoll lil diversi gruppi ta’ turisti. B’kollox il-kumpanija tħaddan fiha 8 membri. Is-Sur Joe Abela, membru ta’ din il-koperattiva qal li fl-aħħar sentejn, il-koperattiva żiedet 3 membri ġodda. Huwa qal li bejniethom, il-membri tal-koperattiva jħaddmu ’l fuq minn 40 ruħ. Il-Ministru Azzopardi qal li dan jawgura tajjeb u jfisser li din il-koperattiva sejra tajjeb ħafna fix-xogħol tagħha li jirrifletti f’aktar ħidma f’dan is-settur.

Il-koperattiva investiet €3 miljun Ewro, sabiex setgħat tixtri l-karrozzi l-ġodda tagħha. Illum b’kollox, Focal Point għandha 25 coach kif ukoll 18-il mini bus. Il-Ministru Azzopardi qal li din il-koperattiva investiet fis-sod u emmnet fil-potenzjal li hija tħaddan. Qal li dan l-investiment, illum issarraf fiz-żieda tal-membri u l-ħaddiema kif ukoll fil-ħolqien ta’ aktar xogħol. Fil-futur, il-koperattiva  tixtieq li tippenetra u tiffoka aktar ix-xogħol tagħha fis-settur tat-turiżmu.

Il-Ministru Azzopardi saħaq li koperattiva hija organizazzjoni li għandha sens socjali u li hi sensittiva għall-bżonnijiet tal-membri tagħha kif ukoll tagħti każ ħafna tan-nies li jiffurmawha. Waqt iż-żjara, l-Ministru ħabbar ukoll li għadhom kif ġew iffurmati 3 koperattivi ġodda; il-Malta Boatmen and Mooring Services Coop jew kif inhuma magħrufa l-irmiggjaturi, li jieħdu ħsieb li jorbtu l-ħbula tal-vapuri mal-mollijiet u żewġ koperattivi oħra li jorganizzaw u joffru sesssjonijiet ta’ taħriġ għal diversi entitajiet.

Fl-aħħar nett il-Ministru Azzopardi  awgura lil din il-koperattiva, li f’sena u nofs biss  li ilha topera diġà ħalliet riżultati tajbin u pożittivi. Huwa ħeġġeġ lill-aktar koperattivi sabiex dawn jimxu fuq l-eżempju ħaj ta’ Focal Point, biex b’hekk tkompli tisaħħaħ l-ekonomija u jiżdiedu l-impjiegi. Feraħ ukoll lit-tlett koperattivi ġodda li ġew ffurmati u ħeġġeġ  li jkun hemm it-twaqqif ta’ aktar koperattivi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow