Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GEORGE PULLICINO JATTENDI KONFERENZA DWAR L-ENERĠIJA F’BERLIN

pr2443
Date Icon 07/11/2012

Il-Ministru għar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino ipparteċipa f’ konferenza dwar l-enerġija ‘3rd Dii Desert Energy Conference’ li qed tiġi organizzata fil-Ministeru tal-Affarijiet Barannin tal-Ġermanja. Waqt din il-konferenza l-Ministru Pullicino kien mistieden biex ikun fuq panel tad-diskussjoni “The Bridge: Energy Transition Through Cooperaton” li ddiskuta il-kooperazzjoni politika fil-qasam tal-enerġija bejn il-pajjiżi Ewropej, l-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani.

F’pubblikazzjoni riċenti msejħa ‘Desert Power 2050’, qed tiġi proposta l-integrazzjoni tas-sistemi tal-enerġija ta’ tlett reġjuni, l-Ewropa, l-Afrika ta’ Fuq u il-Lvant Nofsani biex b’hekk, is-sistemi tal-enerġija f’dawn ir-reġjuni jingħaqdu f’ sistema waħda sal-2050.  B’din il-viżjoni r-reġjuni ikunu jistgħu jittrasmettu u jirċievu l-enerġija nadifa li tiġi ġġenerata mid-deżert għall-popolazzjoni ta’ aktar min 1.2 biljun ruħ.  

Fid-diskors tiegħu l-Ministru Pullicino saħaq li apparti  l-interconnector ma’ Sqallija, Malta qed tħares lejn l-izvillupp ta’ iktar interconnections li jgħaqqdu l-pajjżi tal-Mediterran.  Il-pożizzjoni ġeoġrafika ta’ Malta tista tgħin biex tiffaċilita’ dawn l-interconnections permezz tat-territorju u l-ibħra tagħha u tkun il-fus (node) prominenti għal dan il-għan.

Il-Ministru George Pullicino saħaq li l-investiment fil-qasam tal-enerġija huwa garanzija għall-iżvilupp ekonomiku u l-istabbilta’ fl-Afrika ta’ Fuq. Dan mhux biss għaliex joħloq aktar impjiegi b’mod dirett fil-kumpaniji tal-enerġija, iżda ukoll b’ mod indirett bħal bini ta’ infrastruttura biex l-enerġija tiġi trasmessa. Għal dan il-għan Malta tista’ toffri l-għajnuna tagħha, b’mod partikulari, fejn jidħol l-għarfien u l-esperjenza fuq livell tekniku, regolatorju u maniġerjali li huma necessarji biex dawn l-investimenti jseħħu. Din l-għajnuna tista tingħata permezz ta’ kollaborazzjoni kif Malta diġa qed tagħmel mal-Libja sabiex f’dak il-pajjiż jitwaqqaf kulleġġ edukattiv simili għall-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u it-Teknologija (MCAST).

Il-Ministru Pullicino kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru Dr Christopher Ciantar, mill-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Ġermanja Karl Xuereb u mill-Inġinier Godwin Sant mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow