STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI
pr2441
07/11/2012
B’riferenza għal ċerti rapporti li deheru f’ċerti sezzjonijiet tal-medja fejn ġie allegat li l-Avukat Ġenerali, fil-kawża “Il-Pulizija vs Jean Guy Legendre”, reġgħa għal darb’oħra, sejjah lill-mara tal-imputat ċioe’ Renee Pelland, li llum hija mejta, sabiex tixhed f’dawk il-proċeduri ġudizzjarji, l-Avukat Ġenerali jixtieq jippreċiża illi din l-aħbar hija kompletament infondata u żbaljata peress li mhux minnu li fl-aħħar nota tar-rinviju tiegħu datata 25 t’Ottubru 2012, l-Avukat Ġenerali sejjah lill-mejta Renee’ Pelland biex tixhed kif rapurtat.
Other Press Releases:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en