Left arrow Mur Lura

IL-KUMPANIJI MALTIN HUMA EŻEMPJU ĦAJ TAL-INVESTIMENT SOD U T-TKABBIR TAL-EKONOMIJA TA’ PAJJIŻNA

pr2431
Date Icon 06/11/2012

Fetħet il-fabbrika tagħha b’ħames impjegati u llum wara aktar minn għoxrin sena, il-Kumpanija Delta Malta Ltd tħaddem ‘il fuq minn 100 ħaddiema u dan grazzi għall-iskemi u l-inċentivi li dan il-Gvern qed joħloq sabiex aktar kumpaniji jissaħħu u jiġġeneraw l-impjiegi. Dan qalu dalgħodu, l-Ministru ghall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi meta kien qed iżur din il-fabbrika ġewwa l-qasam industrijali ta’ Kordin.

Delta hija kumpanija tal-elettronika li tipproduċi power supplies għall-użu tal-industija, kemm għall-kumpaniji lokali kif ukoll dawk li jinsabu madwar id-dinja. Is-shareholders tal-kumpanija huma Olandizi, u filfatt l-kumpanija għandha fergħa oħra fl-Olanda. Delta Malta tipproduċi apparat ta’ livell għoli fi transformer winding, SMD assembly u final unit wiring. Barra minn hekk, l-ittestjar tal-apparat isir kollu f’Malta.

Is-Sur Joseph Attard, Direttur Maniġerjali ta’ Delta , qal li l-kumpanija tinvesti ħafna fil-ħaddiema tagħha billi torganizza taħriġ speċjalizzat b’mod kontinwu. Huwa qal li kull sena l-kumpanija tagħmel investiment ta’ €200,000 Euro li jintuża għar-riċerka, għax-xiri ta’ makkinarju ġdid kif ukoll sabiex isir l-ittestjar neċessarju. Permezz ta’ dan l-investiment, Delta setgħat tkompli żżid aktar ħaddiema u hekk għandha fil-ħsieb li tkompli tagħmel. Filfatt s-sena l-oħra biss,l-kumpanija impjegat 10 ħaddiema ġodda. Is-Sur Attard qal li fil-futur, il-kumpanija qed tippjana sabiex tkompli tinvesti billi tixtri makkinarju  ġdid kif ukoll tinvesti f’soluzzjoni alternattivi tal-energija.. Huwa qal ukoll li l-aħħar sentejn kienu l-aħjar sentejn għal kumpanija minn kemm ilha topera u tenn li s-sena d-dieħla, il-kumpanija diġa għandha 8 gimgħat ta’ xogħol ibbukjat.

Il-Ministru Azzopardi wera ruħu sodisfatt għal din l-aħbar, u qal li meta komparat ma pajjiżi oħra li għandhom problemi ekonomiċi kbar, il-kumpaniji Maltin qed ikomplu jikbru u jissaħħu. Saħaq li l-maġġoranza tal-kumpaniji li huwa qed iżur b’mod frekwenti, kollha qed ikollhom kliem ta’ tifħir għal kif sejjer in-negozju tagħhom u permezz ta’ dan, qed iżiedu l-impjiegi. Dan jawgura, saħaq Azzopardi sabiex aktar kumpaniji jimxu fuq dawn l-eżempji sabiex ikomplu joħolqu x-xogħol u jsaħħu l-ekonomija Maltija.

Huwa qal li l-Gvern qiegħed kuljum jiġġieled il-burokrazija, bil-ħolqien ta’skemi ta’ fejda. bħal ma huma l-Microinvest u l-Microcredit li jgħinu lill-mijiet ta’ negozji sabiex jinvestu u jissaħħu. Il-Ministru Azzopardi qal li l-Gvern għadu kif ħabbar riforma ġdida f’dak li għandu x’jaqsam mal-liċenzji tal-kummerċ, liema liġijiet ġodda ġew fis-seħħ fil-bidu ta’ dan ix-xahar. Azzopardi ħeġġeġ lill-kumpaniji ġodda kif ukoll dawk li diġa ilhom joperaw, sabiex jaghmlu użu tajjeb kemm mill-iskemi kif ukoll mill-One Stop Shop il-Business First sabiex ikunu jistgħu jinqdew mill-aħjar mod possibli.

Il-Ministru Azzopardi sostna l-importanza li aktar kumpaniji żgħar u medji jinvestu sabiex bħal din il-kumpanija jkomplu  jkabbru l-operat tagħhom. Dan, qal il-Ministru Azzopardi, ikun ifisser ekonomija aktar b’saħħitha. Huwa qal li din hija turija ċara li meta jikber l-investiment fil-kumpaniji, jiġu ġġenerati aktar impjiegi. Qal ukoll li fl-aħħar erba snin, in-numru ta' self employed żiedu għal 24,493 u dan jawgura għall-ħolqien ta’ aktar negozji.

Fl-aħħar nett il-Ministru Azzopardi rrefera għar-rapport li ħareg mill-Kummissjoni Ewropea, li jindika li Malta sejra tajjeb ħafna meta mqabbla ma’ pajjizi kbar fis-settur tan-negozji żgħar u medji. Qal li dan għandu jservi, sabiex in-negozji jimtlew bil-kurraġġ u ma jħallux lil min jipprova jaqtalhom qalbhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow