STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’
L-Oppożizzjoni qed tqarraq meta titkellem fuq id-dimensja
Il-Gvern hu sensittiv lejn il-ħtiġijiet tal-anzjani u li jkollhom kundizzjonijiet differenti. Id-Dimensja hija prijorità ta’ dan il-Gvern. Xhieda ta’ dan huma d-diversi inizjattivi li diġà ttieħdu:
• Investiment ta’ €9 miljun fi blokk ġdid f’San Vinċenz de Paul li għall-ewwel darba fih swali li huma dementia friendly.
• Permezz ta’ grupp li twaqqaf mis-Segreterjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ħadem fuq Strateġija Nazzjonali dwar id-Dimensja li se tkun imnedija dalwaqt u mhux kif qed tgħid Marie Louise Colerio Preca li din għadha mhix lesta. Saret konsultazzjoni wiesgħa fuq l-istrateġija imsemmija u anki saru diskussjonijiet ma’ esperti Franċiżi.
• 130 ħaddiem li jaħdmu fil-qasam tal-anzjani b’rabta mad-dimensja ngħataw taħriġ minn professjonisti mill-Università ta’ Stirling.
• Ġie organizzat kors għall-carers li jaħdmu fid-djar tal-anzjani biex jibqgħu aġġornati fuq il-kura tad-dimensja.
• L-Activity Centre ta’ San Vinċenz de Paul qed iservi bħala Day Respite għall-pazjenti mill-komunità li jbatu mid-dimensja.
• Ir-residenza ta’ Zammit Clapp hemm sala għall-klijenti bid-dimensja.
• Il-ftuħ ta’ żewġ swali ġodda St Jeanne Antide li fihom jilqgħu 64 pazjent
• Servizz ta’ Respite fejn il-qraba ta’ anzjani li jbatu bid-demensja għandhom il-faċilità li jħallu lill-anzjani tagħhom għal xi żmien ġewwa San Vinċenz biex il-qraba ikunu jistgħu jieħdu l-mistrieħ tagħhom għall-perjodu ta’ żmien
• Servizz tal-Elderly Community Outreach li hu kompost minn team multi-dixxiplinarju li jagħti s-support meħtieġ lill-anzjani biex jibqgħu jgħixu fil-komunità.
• Mill-Isptar Karin Grech jingħata servizz mill-memory clinic fejn persuni li jbatu bid-dimensja jiġu riferuti mit-tabib tagħhom.
• Flimkien mal-Malta Dementia Society, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità waqqaf helpline għall-pubbliku.
• Biex anki t-tfal jingħataw tagħrif dwar il-kundizzjoni tad-dimensja li jista’ jkollhom il-qraba tagħhom ġie ppubblikat il-ktieb In-Nannu Nesa x’Jisimni li tqassam fl-iskejjel pubbliċi, tal-Knisja u privati.
Il-Gvern hu impenjat li jkompli jipprovdi kura u jgħin lil dawk li jbatu minn din il-kundizzjoni. Kien għalhekk li daħal fis-seħħ l-Att tas-Sigurtà Soċjali li jagħti pilloli b’xejn. Il-pilloli se jingħataw fi ftit ġimgħat oħra.
Sadanittant il-Gvern joffri lista twila ta’ servizzi li persuni bid-dimensja jistgħu jibbenefikaw minnhom fosthom is-servizz tat-telecare, ċentri ta’ matul il-jum li b’kollox hemm 18, servizz ta’ handymen, il-Karta Anzjan, il-Home Help, il-Meals on wheels, żewġ night shelters, roħs fuq il-linji tat-telefon u residenzi għall-anzjani.
Stqarrijiet Oħra:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en