Left arrow Mur Lura

INAWGURAZZJONI TA’ ĠNEJNET IL-MELLIEĦA

pr2427
Date Icon 06/11/2012

Tfal tal-iskola Primarja tal-Mellieħa dalgħodu inawguraw il-ġnien dedikat għat-titlu prestiġjuż li kisbet il-Mellieħa meta fl-2009 kienet dikjarata Destinazzjoni ta’ Eċċellenza mill-Unjoni Ewropea.  L-inawgurazzjoni saret fil-preżenza tal-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina u s-Sindku tal-lokalità, Robert Cutajar.

Il-ġnien jinsab fil-qalba tal-lokalità tal-Mellieħa għax hu mdawwar mill-iskola primarja tal-lokalità, l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali, il-ground tal-football tal-lokalità u d-Dar tal-Anzjani – Dar il-Madonna tal-Mellieħa.

Se jkunu t-tfal tal-iskola li se jindukraw dan il-ġnien matul is-sena skolastika bl-għajnuna tal-Kunsill.  L-istudenti se jħawlu fjuri u pjanti b’mod regolari u jieħdu ħsieb it-tisqija b’mod regolari kif ukoll it-tindif minn ħaxix ħażin u materjal ieħor li jista’ jiddepożita ruħu fil-ġnien.

Qed isir xogħol biex mill-bidu tas-sena d-dieħla, id-dħul għall-iskola jkun minn fejn jinsab il-ġnien għax hekk ikun hemm aktar sigurtà għall-istudenti u l-ġenituri tagħhom waqt id-dħul u l-ħruġ mill-iskola.

Matul iċ-ċerimonja ta’ dalgħodu tfal mill-iskola akkumpanjati mill-kor tal-istess skola għamlu rappreżentazzjoni qasir dwar il-ġmiel tan-natura u l-bżonn li nieħdu ħsiebha.  Saru wkoll diskorsi qosra mis-Sindku tal-lokal u mill-Aġent Kap tal-Iskola.

F’diskors qasir li għamlet, il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol qalet li bl-inawgurazzjoni ta’ dan il-ġnien qed isir pass importanti ieħor lejn ambjent aħjar.

Il-Ministru ferħet lill-Kunsill u lit-tmexxija tal-iskola li flimkien ħadu din l-inizjattiva u appellat lit-tfal biex jieħdu ħsieb dan il-ġnien u jaraw li jinżamm fi stat tajjeb biex ikun jista’ jitgawda minnhom stess.

Il-Ministru uriet it-tama li dan il-ġnien ikun jista’ jitgawda mhux biss mill-istudenti imma wkoll mill-familji Melliħin li jiġu hawn f’ambjent mill-isbaħ, arja nadifa u veduta stupenda.  Forsi anke l-anzjani residenti fid-Dar Madonna tal-Mellieħa – almenu dawk minnhom li jistgħu joħorġu, jistgħu jiġu jqattgħu ftit ħin f’dan il-ġnien.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow