Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-AWTORITA` GĦALL-KOMPETIZZJONI U L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR

pr2426
Date Icon 06/11/2012

B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-kelliema Laburista għall-amministrazzjoni pubblika, Helena Dalli fejn din minn naħa tagħha qed timplika li l-espert imqabbad mill-Awtorita għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, qal li s-saqaf  tal-asbestos huwa fi stat detterjorat u ammetta li hemm il-periklu; l-Awtorita għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumaturjixtieq jikkjarifika xi punti.

L-espert li l-Awtorita qabdet biex ikellem lil ħaddiema fl-20 ta’ Settembru, ma ta l-ebda indikazzjoni li xi saqaf viċin  il-bini qiegħed jideterjora, għax kien huwa stess li qal li biex jasal ghal din ik-konklużjoni, jkun irid jagħmel l-investigazzjonijiet meħtiega. Dawn l-investigazzjonijiet iridu jsiru fuq il- bini aġġunt ma’ dak tal-Awtorita, liema propjeta hija waħda privata .Tajjeb ikun iċċarat, l-fatt li dan l-espert mhuwiex l-istess espert li l-Awtorita tqabbad kull tlett xhur biex jagħmel it-testijiet neċċessarji.

L-ittestjar dwar il-preżenza ta’ l-asbestos, dejjem sar mill-istess espert u dan qatt ma nbidel sa llum. Li sar kien, li f’Jannar ta’ din is-sena kienet tqabbdet kumpanija biex tagħmel risk assessment tal -bini kollu, hekk kif huwa mitlub mir-regolamenti ta’ l-OHSA.

L-Awtorita qed tiproduċi il- konklużjonijiet tar- rapport ta’ Settembru, fejn dan jghid li:

1. Fit-tlett kampjuni li ttieħdu, rriżulta li l-valuri ta’ livell ta’ ‘airborne asbestos fibre’, huma ferm inqas mill-limiti imposti mill-Avviż Legali 323 ta’ 2006, kif ukoll dawk stabbiliti mil-linji gwida skond id-direttivi ta’ l-Ewropa,

2. L-arja mit-twieqi u terrazzin il-ġewwa, tista tiġi ddikjarata mingħajr ebda preżenza ta periklu min xi livell ta ‘asbestos fibre’.

Għalhekk mir-riżultati miksuba, jidher ċar li m’hemm l-ebda indikazjoni ta’ periklu li għalih qegħda tallega l-Onor Helena Dalli

Dan ir-rapport gie muri kemm lil rapreżentant tal-General Workers Union, kif wkoll lil raprezentant tal- Kumitat tal-Health & Safety, li wieħed mill-għanijiet tieghu huwa li flimkien ma l--amministrazjoni jara li jsir il moniteraġġ kollu li hemm bżonn.

L-Awtorita għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, kellha wkoll laqgħa mal- OHSA dwar din is-sitwazzjoni fejn ġie spjegat x’miżuri qeda tieħu l-Awtorita. Min naħa tagħha, l- OHSA  talbet kopja tar- riżultati, liema rizultati intbagħtu lilha .L-Awtorita diga ħadet u sejra tibqa tieħu dawk il-miżuri u passi neċċessarji sabiex tassigura is-saħħa tal-impjegati tagħħa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow